LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 11/15 p. 32
  • Dinja Futura Mingħajr Kriminalità

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Dinja Futura Mingħajr Kriminalità
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 11/15 p. 32

Dinja Futura Mingħajr Kriminalità

IMMAĠINA, jekk tistaʼ, dinja mingħajr nies kriminali! Ma jkunx hemm bżonn pulizija, ħabsijiet, jew spejjeż u komplikazzjonijiet minħabba sistemi ġudizzjarji kontra l-​kriminali. Se tkun dinja fejn kull individwu jkun jirrispetta l-​ħajja u l-​proprjetà taʼ l-​oħrajn. Jidher dan forsi li m’huwiex realistiku? Int hekk għandek mnejn taħseb, imma din il-​bidla taʼ l-​għaġeb għall-​aħjar hija eżattament dak li twiegħed il-​Bibbja. Għala ma tikkunsidrax dak li tbassar il-​Bibbja rigward il-​kriminalità u l-​affarijiet mill-​agħar l-​oħra li hawn fuq l-​art?

Fil-ktieb tas-​Salmi naqraw: “La tagħdabx minħabba l-​ħżiena, la tgħirx għal dawk li jagħmlu d-​deni; għax bħall-​ħaxix malajr jidbielu, u bħan-​nibbieta malajr jinxfu. Imma l-​ġwejdin għad jirtu l-​art, u bi sliem kotran jitgħaxxqu.” (Salm 37:​1, 2, 11) Tassew li ħadd ma jistaʼ jżomm lil Alla milli jwettaq din il-​wegħda u l-​wegħdi inkuraġġanti l-​oħra kollha tiegħu.

Il-mod li bih Alla se jġib dawn il-​barkiet hu permezz tas-​Saltna tiegħu. Fit-​talba tal-​Missierna, Ġesù Kristu għallem lis-​segwaċi tiegħu sabiex jitolbu biex tiġi s-​Saltna u biex ir-​rieda t’Alla sseħħ “kif fis-​sema, hekkda fl-​art.” (Mattew 6:​9, 10) Dalwaqt, taħt dik is-​Saltna, ħadd fid-​dinja ma jkun imqanqal biex jikkommetti l-​kriminalità minħabba l-​faqar, il-​moħqrija, jew l-​egoiżmu. Minflok, il-​Kelma t’Alla tgħid: “Ikun kotran il-​qamħ fuq l-​art, jogħla sal-​qċaċet taʼ l-​għoljiet.” (Salm 72:16) Tabilħaqq, Alla Jehovah se jipprovdi abbundanza t’affarijiet tajbin lil kulħadd fid-​dinja. Iktar importanti minn hekk, is-​soċjetà umana se tkun mibnija fuq l-​imħabba għal Alla u għall-​proxxmu, u d-​dinja qatt iktar ma se tkun mimlija inkwiet minħabba l-​kriminalità.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja