Tistaʼ l-Fidi Tfejjaq lill-Morda?
META nimirdu, aħna nfittxu s-serħan u l-fejqan. X’aktarx, permezz tal-Bibbja, int taf li għal darba wara l-oħra Ġesù Kristu fejjaq kull xorta taʼ mard, u ġab serħan lil dawk li kienu morda. Dan it-tip taʼ fejqan kif seħħ? ‘Bil-qawwa t’Alla,’ tgħid il-Bibbja. (Luqa 9:42, 43, KŻ; Atti 19:11, 12) Għalhekk, kien l-ispirtu qaddis mingħand Alla li wettaq il-fejqan, u mhux sempliċement il-fidi taʼ l-individwu. (Atti 28:7-9) Kien għalhekk li Ġesù ma kienx jistenna li l-morda jesprimu l-fidi li kellhom fih sabiex ifejjaqhom.
Għandek mnejn titħasseb: ‘Huwa l-fejqan mirakoluż xi ħaġa tal-passat, jew se jerġaʼ jkun hawn fejqan bħal dak li wettaq Ġesù? X’tama hemm għal dawk li qed ibatu minn mard taʼ wġigħ jew li m’hawnx kura għalih?’
Il-Bibbja tispjega li fid-dinja l-ġdida tas-sewwa t’Alla, il-qawwa t’Alla se terġaʼ twettaq l-istess tip taʼ fejqan mirakoluż li wettaq Ġesù meta kien fuq l-art. Ix-Xhieda taʼ Jehovah fil-lokalità tiegħek se jkunu ferħanin juruk kif u meta Alla se jwettaq dak li l-ebda faith healer ma jistaʼ qatt jagħmel—jelimina kull mard, kif ukoll il-mewt. Iva, Alla se “jeqred il-mewt għal dejjem.”—Isaija 25:8.