LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 6/15 p. 32
  • Jistaʼ t-Talb Tiegħek Jagħmel Differenza?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jistaʼ t-Talb Tiegħek Jagħmel Differenza?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 6/15 p. 32

Jistaʼ t-​Talb Tiegħek Jagħmel Differenza?

MIN minna qatt ma ffaċċja sitwazzjoni serja li ma kellux kontroll fuqha? Il-​Bibbja turina li l-​appostlu Pawlu kien jaf li t-​talb jistaʼ jeffettwa r-​riżultat taʼ xi kriżi.

Meta Pawlu ntefaʼ l-​ħabs b’mod inġust f’Ruma, hu talab lil sħabu fit-​twemmin biex jitolbu għalih, billi qal: “Dan wisq aktar nitlobkom tagħmluh biex nerġaʼ nkun magħkom mill-​aktar fis.” (Lhud 13:18, 19) F’okkażjoni oħra, Pawlu esprima l-​fiduċja tiegħu li Alla kien se jwieġeb it-​talb tiegħu biex jinħeles qabel. (Filemon 22) Pawlu malajr inħeles u reġaʼ beda x-​xogħol missjunarju tiegħu.

Imma jistaʼ t-​talb verament ibiddel ir-​riżultat tal-​problemi tiegħek? Forsi. Ftakar, però, li t-​talb m’huwiex biss xi prattika reliġjuża formali. Huwa komunikazzjoni reali maʼ Missierna tas-​sema li hu kollu mħabba u qawwa. Għandna nħossuna liberi biex inkunu speċifiċi ħafna fit-​talb tagħna imma mbagħad nistennew bil-​paċenzja biex naraw kif Jehovah se jwieġeb.

Alla forsi ma jweġibx kull talba direttament, u forsi mhux dejjem iwieġeb bil-​mod jew fil-​ħin li naħsbu aħna. Per eżempju, Pawlu talab kemm-il darba dwar ix-​‘xewka f’ġismu.’ Alla ma neħħiex il-​problema taʼ Pawlu, kienet x’kienet, imma farrġu b’dan il-​kliem inkuraġġanti: “Biżżejjed għalik il-​grazzja tiegħi; għax il-​qawwa tiegħi tidher fl-​aqwa tagħha fejn hemm id-​dgħajjef.”—2 Korintin 12:7-9.

Aħna wkoll nistgħu nkunu fiduċjużi li anki jekk Alla ma jneħħix xi problema partikulari, hu jistaʼ ‘jagħtina l-​qawwa u l-​għajnuna biex inkunu nifilħu għaliha.’ (1 Korintin 10:13) Dalwaqt, Alla se jneħħi għalkollox is-​sofferenzi kollha taʼ l-​umanità. Sadanittant, il-​fatt li nduru lejn dak li ‘jismaʼ talbna’ jistaʼ jagħmel differenza.—Salm 65:3, 4a (65:2, NW).

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja