LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 12/15 p. 32
  • ‘Grata għat-Taħriġ li Ngħatajt’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Grata għat-Taħriġ li Ngħatajt’
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 12/15 p. 32

‘Grata għat-​Taħriġ li Ngħatajt’

IŻ-​ŻAGĦŻUGĦA Kazuna baqgħet iċċassata meta l-​għalliem tagħha ssuġġerielha biex tidħol għal konkors li fih kellha tagħti taħdita bl-​Ingliż. Il-​konkors kien miftuħ għall-​iskejjel sekondarji kollha fil-​gżira kbira taʼ Hokkaido, li tinsab fit-​tramuntana tal-​Ġappun. Imma ebda student minn din l-​iskola ma kien ħa sehem f’dan il-​konkors qabel. Fil-​ġurnata tal-​konkors, Kazuna kellha eċċitament kbir fuqha għaliex kien hemm madwar 50 student li kienu se jieħdu sehem fih. U x’ħin rat li tnejn mill-​ġurija tal-​konkors kienu Ingliżi, iktar bdiet teċċita ruħha.

Tħabbru r-​rebbieħa, u l-​ewwel ma ssejjaħ kien ir-​rebbieħ taʼ l-​inqas premju. Meta fl-​aħħarnett tħabbar l-​isem taʼ Kazuna, hi ma setgħetx temmen. Hi u l-​għalliem tagħha, li kien bil-​qiegħda ħdejha, baqgħu jħarsu skantati lejn xulxin. Miblugħa, Kazuna telgħet fuq il-​palk biex tieħu t-​tazza għall-​ewwel post!

“Dan kien possibbli minħabba t-​taħriġ li nirċievu mingħand l-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova permezz taʼ l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku,” spjegat Kazuna ferħana. “Jien grata li ngħatajt dan it-​taħriġ.” Din l-​iskola, li Kazuna ilha tattendi minn ċkunitha, hija waħda mil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni tax-​Xhieda taʼ Ġeħova. Meta kienet qed tipprepara, Kazuna qagħdet attenta ħafna għall-​mod kif tuża l-​mikrofonu, kif titkellem minn qalbha u b’entużjażmu, kif tuża l-​ġesti, kif ikollha kuntatt maʼ l-​udjenza, u wkoll affarijiet oħra li jiġu mgħallmin fl-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku.

Jekk jogħġbok aċċetta l-​istedina tagħna biex tiġi tara kif titmexxa din l-​iskola kull ġimgħa fis-​Sala tas-​Saltna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova taʼ fejn toqgħod int. Tistaʼ tara b’għajnejk stess kif sew iż-​żgħar u sew il-​kbar jibbenefikaw. Din il-​laqgħa hija miftuħa għall-​pubbliku. Għal iktar informazzjoni dwar l-​eqreb skola fejn toqgħod int, jekk jogħġbok ikkuntattja lix-​Xhieda taʼ Ġeħova fl-​inħawi tiegħek.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja