LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 4/15 pp. 8-9
  • Tingħata Għajnuna lill-Maċedonja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tingħata Għajnuna lill-Maċedonja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 4/15 pp. 8-9

Tingħata Għajnuna lill-​Maċedonja

“GĦADDI l-​Maċedonja u għinna.” (Atti 16:9) Dan il-​kliem taʼ raġel li deher f’viżjoni lill-​appostlu Pawlu rrivela l-​ħtieġa li l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla tiġi dikjarata f’territorju ġdid, fi bliet li issa jinsabu fil-​Greċja.

Fil-ġens preżenti tal-​Maċedonja, hemm biss Xhud taʼ Ġeħova għal kull 1,840 abitant. Ħafna nies għadhom qatt ma semgħu dwar Alla Ġeħova. Iva, in-​nies taʼ dan il-​ġens għandhom ħtieġa urġenti li jisimgħu l-​messaġġ taʼ paċi.​—Mattew 24:14.

Alla fetaħ it-​triq biex tingħata għajnuna għal dan il-​bżonn. Darba waħda f’Novembru 2003, l-​uffiċċju tax-​Xhieda taʼ Ġeħova fi Skopje, il-​Maċedonja, irċieva telefonata mhix mistennija. Kienet mingħand iċ-​Ċentru tal-​Maċedonja għall-​Kooperazzjoni Internazzjonali, li stieden lix-​Xhieda biex jispjegaw it-​twemmin tagħhom billi jagħmlu stand ġo fiera taʼ tlett ijiem li kienet se tibda fl-​20 taʼ Novembru. X’opportunità grandjuża biex jintlaħqu eluf taʼ nies li qatt ma kienu semgħu l-​aħbar tajba tas-​Saltna!

Il-volontiera ħadmu iebes biex iħejju u jarmaw wirja taʼ diversi pubblikazzjonijiet tax-​Xhieda taʼ Ġeħova bil-​lingwa Maċedonija. Kopji minn din il-​letteratura kienu disponibbli biex kulmin xtaq setaʼ jieħu minnhom. Il-​wirja tat lil ħafna l-​opportunità li jieħdu l-​ilma spiritwali rifreskanti bla ħlas.​—Rivelazzjoni 22:17.

Il-viżitaturi fittxew b’mod partikulari pubblikazzjonijiet li jolqtu l-​ħajjiet tagħhom, bħal Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-​Mistoqsijiet Tagħhom u Is-​Sigriet taʼ l-​Hena fil-​Familja.* Tmienja u disgħin persuna taw l-​indirizz tagħhom għax xtaqu li jżuruhom ix-​Xhieda taʼ Ġeħova. Ħafna għamlu kummenti favorevoli dwar ix-​xogħol tajjeb li jwettqu x-​Xhieda taʼ Ġeħova u dwar il-​kwalità tal-​letteratura.

Wieħed raġel li kien qed iżomm lit-​tifel żgħir tiegħu minn idu resaq lejn l-​istand. Il-​missier staqsa jekk kienx hemm letteratura għat-​tfal. Ix-​Xhieda wrewh il-​pubblikazzjoni Il-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja.* Hu qalleb il-​ktieb u b’entużjażmu staqsa kemm kien jiswa. Meta qalulu li x-​xogħol edukazzjonali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova kien appoġġat kompletament mid-​donazzjonijiet volontarji, hu wera iktar entużjażmu. (Mattew 10:8) Il-​ktieb urieh lil ibnu u qallu: “Kemm hu sabiħ dan il-​ktieb! Issa l-​papà jibda jaqralek storja minnu kuljum!”

Professur tal-​filosofija resaq lejn l-​istand. Hu kien interessat ħafna fir-​reliġjon in ġenerali iżda b’mod partikulari fit-​twemmin tax-​Xhieda taʼ Ġeħova. Meta qagħad iqalleb fil-​ktieb Mankind’s Search for God,* il-​professur qal: “Tassew materjal preżentat b’mod loġiku! Eżatt kif immaġinajt li għandhom jiġu preżentati l-​fatti.” Iktar tard, ġew ħdejn l-​istand xi studenti mill-​iskola tiegħu u staqsew jekk setgħux jakkwistaw kopja tal-​ktieb li ħa bħalu l-​professur. Huma riedu jistudjaw l-​istess ktieb. Ħasbu li kien se juża l-​materjal fil-​lezzjonijiet tiegħu.

Il-wirja tat lil xi nies l-​ewwel opportunità li qatt kellhom biex jisimgħu u jaraw veritajiet mill-​Iskrittura. Grupp taʼ żgħażagħ neqsin mis-​smigħ ġew biex jaraw jekk kienx hemm xi ħaġa li tinteressahom. Wieħed mix-​Xhieda tahom taħdita qasira, bl-​għajnuna taʼ tfajla li fissritha bil-​lingwa tas-​sinjali. Permezz taʼ stampi mill-​ktieb L-​Aqwa Bniedem li Qatt Għex,a hu spjega li Ġesù fejjaq lill-​morda, inkluż lit-​torox. Ħadu pjaċir “jisimgħu” l-​wegħda tal-​Bibbja li Ġesù dalwaqt se jagħmel l-​istess għan-​nies li qed jgħixu fuq l-​art fi żmienna. Għadd minnhom aċċettaw bil-​ferħ il-​letteratura bbażata fuq il-​Bibbja, u saru arranġamenti biex imur iżurhom Xhud li jaf il-​lingwa tas-​sinjali.

Minbarra letteratura bil-​Maċedoni, kien hemm ukoll letteratura bl-​Albaniż, bl-​Ingliż, u bit-​Tork. Wieħed raġel li ma kienx jitkellem bil-​Maċedoni ried xi letteratura bl-​Ingliż. Wara li ngħata ħarġiet tar-​rivisti It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ!, hu semma li kien jitkellem bit-​Tork. Meta wrewh letteratura bil-​lingwa tiegħu, bilkemm ried jemmen lil għajnejh! Induna li x-​Xhieda taʼ Ġeħova jridu jgħinu lil kulħadd.

Kemm ngħatat xiehda mill-​aqwa f’din l-​okkażjoni, u kemm hu inkuraġġanti li tara tant nies jieħdu interess fil-​verità tal-​Bibbja! Iva, Ġeħova fetaħ it-​triq biex l-​aħbar tajba tas-​Saltna tinfirex iżjed fil-​Maċedonja.

[Nota taʼ taħt]

a Kollha pubblikati mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

[Kaxxa/Stampi f’paġna 9]

ŻVILUPP SINIFIKANTI!

L-​isforzi biex tinfirex l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla mxew pass kbir ’il quddiem fis-​17 taʼ Mejju, 2003. Fi Skopje, ġie dedikat uffiċċju tax-​Xhieda taʼ Ġeħova. Ix-​xogħol tal-​bini kien ilu għaddej sentejn, u l-​bini li kien hemm qabel kiber erbaʼ darbiet iktar.

Hemm tliet binjiet separati li fihom hemm l-​uffiċċji taʼ l-​amministrazzjoni u t-​traduzzjoni kif ukoll ir-​residenzi, kċina, u post għall-​ħasil tal-​ħwejjeġ. Guy Pierce, membru mill-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova, kien preżenti biex jagħti t-​taħdita tad-​dedikazzjoni. Kien hemm viżitaturi minn għaxar pajjiżi differenti li attendew il-​programm tad-​dedikazzjoni. Ilkoll tgċaxxqu jaraw il-​bini ġdid u sabiħ.

[Mappa f’paġna 8, 9]

(Għall-formazzjoni sħiħa tat-test, ara pubblikazzjoni)

BULGARIJA

MAĊEDONJA

Skopje

ALBANIJA

GREĊJA

[Stampa f’paġna 8]

Skopje, il-​Maċedonja

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja