LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 5/15 p. 32
  • Fuq Liema Pedament Qed Tibni?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Fuq Liema Pedament Qed Tibni?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 5/15 p. 32

Fuq Liema Pedament Qed Tibni?

L-​ISTABBILITÀ taʼ bini tiddependi ħafna mis-​saħħa tas-​sottostruttura, jew il-​pedament, tiegħu. Kultant, il-​Bibbja tuża dan il-​prinċipju f’sens figurattiv.

Per eżempju, il-​profeta Isaija jirreferi għal Alla Ġeħova bħala l-​wieħed li “għamel is-​sisien taʼ l-​art.” (Isaija 51:​13, Karm Żammit) Dawn is-​sisien, jew pedament, jirrappreżentaw il-​liġijiet t’Alla li ma jinbidlux u li jikkontrollaw il-​movimenti tad-​dinja u jżommuha f’postha. (Salm 104:5) Il-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja, titkellem ukoll dwar il-​pedamenti li s-​soċjetà umana qed tistrieħ fuqhom. Dawn huma l-​ġustizzja, il-​liġi, u l-​ordni. Meta dawn “jinqerdu” jew jiddgħajfu minħabba l-​inġustizzja, il-​korruzzjoni, u l-​vjolenza, is-​soċjetà titlef l-​ordni u l-​istabbilità tagħha.​—Salm 11:​2-6, KŻ; Proverbji 29:4.

Dan il-​prinċipju japplika wkoll fuq livell persunali. Meta kkonkluda l-​Priedka taʼ fuq il-​Muntanja, Ġesù Kristu qal: “Kulmin jismaʼ kliemi u jagħmlu jkun jixbah lil raġel għaqli, li bena daru fuq il-​blat. U niżlet ix-​xita u ġew l-​għargħar u nefħu l-​irjieħ u ħabtu fuq dik id-​dar, imma ma ċedietx, għax il-​pedament tagħha kien fuq il-​blat. Imma, kulmin jismaʼ kliemi u ma jagħmlux ikun jixbah lil raġel iblah, li bena daru fuq ir-​ramel. U niżlet ix-​xita u ġew l-​għargħar u nefħu l-​irjieħ u ħabtu fuq dik id-​dar u ċediet, u l-​waqgħa tagħha kienet kbira.”​—Mattew 7:​24-​27.

Fuq liema pedament qed tibni ħajtek? Hija fuq ir-​ramel instabbli tal-​filosofiji umani li ma jemmnux f’Alla, li se jirriżultaw f’kollass strutturali? Jew qed tibni fuq blat sod t’ubbidjenza għall-​kliem taʼ Ġesù Kristu, li jgħinek biex tgħaddi qawwi u sħiħ mill-​maltempati figurattivi tal-​ħajja?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja