LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 10/15 p. 32
  • “Dawk li Jbaħħru fuq l-Iġfna”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Dawk li Jbaħħru fuq l-Iġfna”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 10/15 p. 32

“Dawk li Jbaħħru fuq l-​Iġfna”

FAĊĊATA tal-​port taʼ Gloucester, f’Massachusetts, l-​Istati Uniti taʼ l-​Amerika, hemm statwa tal-​bronż taʼ tmunier li qed jipprova jgħaddi l-​vapur tiegħu minn ġo maltempata. L-​istatwa tikkommemora l-​eluf taʼ sajjieda minn Gloucester li mietu fuq il-​baħar. Fuq in-​naħa t’isfel taʼ l-​istatwa u fuq plakka fil-​viċin hemm il-​kliem taʼ Salm 107:​23, 24: “Dawk li jbaħħru fuq l-​iġfna, u dawk li jinnegozjaw fuq l-​ibħra bla tarf, Dawn jaraw l-​egħmejjel tal-​Mulej, u l-​egħġubijiet tiegħu f’qiegħ il-​baħar.”​—KŻ.

Is-sajd produttiv fis-​sikka taʼ l-​Atlantiku hu xogħol perikoluż. Matul is-​snin, jingħad li madwar 5,368 raġel minn Gloucester, li issa għandha popolazzjoni taʼ madwar 30,000 persuna, tilfu ħajjithom waqt li kienu qed jistadu fuq il-​baħar. It-​tifkira tgħid: ‘Xi wħud ġew megħlubin mill-​irjieħ qawwijin u l-​mewġ qishom muntanji ġejjin mill-​grigal. Xi wħud mietu waħedhom f’dgħajsa żgħira li ntilfet minn maʼ l-​iskuna li ħadithom lejn is-​sikka. Xi bastimenti daħlu f’xulxin waqt maltempati u b’dispjaċir għerqu. Oħrajn intlaqtu minn vapuri fir-​rotot tagħhom.’

It-tifkira hija xiehda taʼ niket għax-​xogħol iebes u l-​perikli li s-​sajjieda ffaċċjaw tul is-​sekli. Immaġina d-​dmugħ taʼ disperazzjoni li xxerred għall-​irġiel miżżewġin, il-​missirijiet, l-​aħwa, u l-​ulied subien li mietu. Madankollu, Alla Ġeħova ma jinsiex lir-​romol, l-​orfni, jew dawk li tilfu ħajjithom fuq il-​baħar. L-​appostlu Ġwanni pponta lejn dan l-​iżvilupp li se jseħħ fil-​futur: “Il-​baħar radd il-​mejtin li kienu fih, u l-​mewt u Ħades raddew il-​mejtin li kienu fihom.” (Rivelazzjoni 20:13) Tabilħaqq, fiż-​żmien taʼ l-​irxoxt tagħhom, ‘dawk li baħħru fuq l-​iġfna’ se jaraw ‘l-​għemejjel tal-​Mulej’ tant meraviljużi.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja