LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 1/1 p. 32
  • L-Ewwel Persegwitati, Imbagħad Aċċettati

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Ewwel Persegwitati, Imbagħad Aċċettati
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 1/1 p. 32

L-​Ewwel Persegwitati, Imbagħad Aċċettati

Ftit tas-​snin ilu, Santiago u l-​mara tiegħu Lourdes, marru joqogħdu fil-​belt pittoreska taʼ Huillcapata, il-​Perù, biex jaqsmu l-​messaġġ taʼ tama mill-​Bibbja man-​nies li jgħixu hemmhekk. Ftit wara, iżda, wasal qassis minn Cuzco u laqqaʼ l-​abitanti tal-​belt. Il-​qassis wissiehom li l-​preżenza tax-​Xhieda taʼ Ġeħova kienet se ġġib pesta qattiela u xita qawwija taʼ borra li kienet se toqtlilhom il-​baqar u tirvinalhom l-​uċuħ tar-​rabaʼ.

Ħafna ġew influwenzati minn din il-​“profezija,” u għal iktar minn sitt xhur ħadd mill-​abitanti tal-​belt ma aċċetta l-​istedina taʼ Santiago u Lourdes biex jistudjaw il-​Bibbja. Uffiċjal tal-​belt jismu Miguel, il-​logutenent gvernatur, ġera wara Santiago u Lourdes tul it-​triq, filwaqt li tefgħalhom il-​ġebel. Iżda huma dejjem urew imġiba paċifika u Kristjana.

Maż-żmien, xi ċittadini aċċettaw studju tal-​Bibbja. Anki Miguel biddel l-​attitudni tiegħu. Hu beda jistudja maʼ Santiago, qataʼ x-​xorb żejjed, u sar persuna paċifika. Eventwalment, Miguel, martu, u tnejn minn uliedu l-​bniet ħaddnu l-​verità tal-​Bibbja.

Illum, f’din il-​belt, hemm kongregazzjoni tax-​Xhieda taʼ Ġeħova li qed tiffjorixxi. Miguel huwa ferħan għall-​fatt li ħafna mill-​ġebel li tefaʼ lil Santiago u Lourdes ma laqathomx u jħossu grat lejn il-​koppja għax taw eżempju mill-​aħjar taʼ nies li jżommu l-​paċi.

[Stampi f’paġna 32]

Miguel (lemin) rattab qalbu minħabba l-​imġiba paċifika taʼ Santiago u Lourdes (fuq)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja