LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 3/1 p. 32
  • Tixtieq li Jkollok Ħbieb Ġenwini?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tixtieq li Jkollok Ħbieb Ġenwini?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 3/1 p. 32

Tixtieq li Jkollok Ħbieb Ġenwini?

IL-​MAĠĠURANZA min-​nies jixtiequ li jkollhom ħbieb ġenwini. Il-​fatt li tkun tistaʼ taqsam l-​esperjenzi tiegħek maʼ ħbieb tal-​qalb jagħmel il-​ħajja iktar pjaċevoli. Imma kif tistaʼ ssib ħbiberija ġenwina? Kważi 2,000 sena ilu, Ġesù wera li ċ-​ċavetta għas-​suċċess fir-​relazzjonijiet kollha tal-​bnedmin hija l-​imħabba mhix egoistika. Hu għallem: “Bħalma tridu li l-​bnedmin jagħmlulkom, agħmlu l-​istess lilhom.” (Luqa 6:​31) Din l-​istqarrija, spiss imsejħa r-​Regola tad-​Deheb, turi li trid tkun persuna ġeneruża u mhux egoista biex ikollok il-​ħbieb. Bażikament, biex ikollok ħabib trid tkun ħabib. Kif?

Ħbiberija mill-​qalb u siewja ma tinbitx mil-​lejl għan-​nhar. Wara kollox, il-​ħbieb huma ħafna iktar minn sempliċi nies li nafuhom. Huma individwi li tintrabat magħhom emozzjonalment. Jeħtieġ sforz biex tiżviluppa u żżomm rabtiet mill-​qrib. Il-​ħbiberija spiss teħtieġ li tpoġġi l-​bżonnijiet taʼ sieħbek qabel il-​konvenjenza tiegħek. Il-​ħbieb jaqsmu mhux biss il-​ferħ imma wkoll id-​diżappunti.

Ħbiberija vera tintwera partikolarment meta jingħata appoġġ emozzjonali u prattiku lil persuna li tkun fil-​bżonn. Proverbji 17:17 jistqarr: “Il-​ħabib iħobbok kull ħin, bħal ħuk imwieled għal żmien l-​hemm.” Infatti, ir-​rabtiet taʼ ħbiberija jistgħu saħansitra jkunu iktar b’saħħithom mir-​rabtiet tal-​familja. Proverbji 18:24 jinnota: “Hemm ħbieb taʼ l-​isem biss; ħabib tassew jintrabat miegħek aktar minn ħuk.” Tixtieq issir taf iktar kif tistaʼ tikkultiva ħbiberiji ġenwini bħal dawn? Tixtieq issir parti minn grupp taʼ nies li huma magħrufin għall-​imħabba li għandhom bejniethom? (Ġwanni 13:35) Jekk iva, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova fil-​komunità tiegħek se jieħdu pjaċir juruk kif tistaʼ ssib ħbieb veri.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja