LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 5/15 p. 32
  • Il-Valur taʼ “Reċipjent Iktar Dgħajjef”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Valur taʼ “Reċipjent Iktar Dgħajjef”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 5/15 p. 32

Il-​Valur taʼ “Reċipjent Iktar Dgħajjef”

“INTOM l-​irġiel miżżewġin komplu għammru man-​nisa tagħkom skond l-​għarfien,” kiteb l-​appostlu Pietru, “billi tonoraw lill-​mara bħala reċipjent iktar dgħajjef.” (1 Pietru 3:7) Għandha din ir-​referenza Skritturali lejn il-​mara bħala “reċipjent iktar dgħajjef” tbaxxi lin-​nisa b’xi mod? Ejja naraw x’ried ifisser oriġinalment il-​kittieb taħt ispirazzjoni.

In-nom Grieg tradott “unur” ifisser “prezz, valur, . . . rispett.” Għalhekk, Kristjan miżżewweġ għandu jittratta lil martu b’tenerezza, billi juriha konsiderazzjoni bħallikieku reċipjent prezzjuż u delikat. Dan żgur li ma jnaqqasx l-​istima tagħha. Bħala eżempju, ikkunsidra l-​lampa Tiffany lotus. Din il-​lampa tant raffinata tistaʼ tassew titqies bħala xi ħaġa delikata. Però, sejjer il-​fatt li din il-​lampa hija fraġli jnaqqas il-​valur tagħha? ’Il bogħod minn hekk! Fl-​1997 il-​lampa Tiffany lotus ġiet mibjugħa f’irkant għall-​prezz taʼ 2.8 miljun dollaru (madwar miljun lira Maltija). L-​għamla delikata li għandha wasslet biex il-​valur tagħha jogħla, mhux jonqos.

Bl-istess mod, il-​fatt li mara tingħata l-​unur bħallikieku reċipjent iktar dgħajjef mhux se jnaqqas jew ibaxxi l-​ħarsa tagħna lejha. Meta r-​raġel jgħammar maʼ martu “skond l-​għarfien” ifisser li hu għandu jikkunsidra l-​potenzjal u l-​limitazzjonijiet tagħha, dak li jogħġobha u dak li ma jogħġobhiex, l-​opinjoni u s-​sentimenti tagħha. Raġel li jimpurtah jirrikonoxxi u jirrispetta d-​differenzi fil-​personalità li hemm bejnu u bejn martu. Huwa juri l-​konsiderazzjoni mistħoqqa ‘sabiex ma jkunx hemm tfixkil għat-​talb tiegħu.’ (1 Pietru 3:7) Raġel li jonqos li jirrispetta l-​kwalitajiet tajbin taʼ martu jipperikola r-​relazzjoni tiegħu stess m’Alla. Jidher ċar li l-​Kelma t’Alla ma ċċekkinx lin-​nisa. Pjuttost hija tagħtihom dinjità u unur.

[Sors tal-Istampa f’paġna 32]

© Christie’s Images Limited 1997

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja