LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 9/15 p. 32
  • “Kemm Inħobbha l-Liġi Tiegħek!”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Kemm Inħobbha l-Liġi Tiegħek!”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 9/15 p. 32

“Kemm Inħobbha l-​Liġi Tiegħek!”

SALM 119 hija għanja li tesprimi s-​sentimenti tal-​kompożitur għall-​messaġġ, jew għall-​kelma, ispirat t’Alla. Is-​salmista għanna: “Jien żammejt kelmtek f’qalbi.” “Bil-​kmandamenti tiegħek irrid nitgħaxxaq.” “Tinfena qalbi l-​ħin kollu bix-​xewqa tad-​digrieti tiegħek.” “[“It-​tfakkiriet,” NW] tiegħek huma l-​għaxqa tiegħi.” “Ara kif jiena mxennaq [“għall-​ordnijiet,” NW] tiegħek.” “Nitgħaxxaq bil-​kmandamenti tiegħek, li jiena ħabbejt.” “Naħseb fuq [“ir-​regolamenti,” NW] tiegħek. “Kemm inħobbha l-​liġi tiegħek! Il-​jum kollu ħsiebi fiha.”​—Korsiv tagħna; Salm 119:​11, 16, 20, 24, 40, 47, 48, 97.

X’apprezzament profond kellu s-​salmista għall-​kelma rivelata t’Alla! Tħossok int bl-​istess mod għall-​messaġġ tal-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja? Tixtieq li tikkultiva għaxqa hekk kbira għaliha? Jekk tixtieq, l-​ewwel li għandek tagħmel hu li tifforma xenqa biex taqra l-​Bibbja regolarment, kuljum jekk possibbli. Ġesù Kristu qal: “Il-​bniedem mhux bil-​ħobż biss jgħix, imma b’kull kelma li toħroġ minn fomm Ġeħova.” (Mattew 4:4) It-​tieni, għandek bżonn timmedita dwar dak li tkun qed taqra. Jekk tirrifletti fuq il-​verità dwar Alla, il-​kwalitajiet tiegħu, ir-​rieda tiegħu, u l-​iskopijiet tiegħu l-​apprezzament tiegħek għall-​Bibbja se jikber. (Salm 143:5) U l-​iktar importanti hu li tqiegħed fil-​prattika l-​pariri siewja tagħha fil-​ħajja taʼ kuljum.—Luqa 11:28; Ġwanni 13:17.

Kif se tibbenefika talli tikkultiva għaxqa lejn il-​Bibbja? “Henjin dawk li jħarsu [“it-​tfakkiriet,” NW] tiegħu [t’Alla],” jgħid Salm 119:2. It-​tfakkiriet li nsibu fil-​Bibbja se jgħinuk tkampa b’suċċess mal-​problemi tal-​ħajja. (Salm 1:​1-3) Int se tikseb għerf, dehen, u fehma, u dan se jgħinek biex ‘twarrab minn kull triq ħażina.’ (Salm 119:​98-101) L-​għarfien tal-​verità dwar Alla u l-​iskop tiegħu għal fuq l-​art se jagħmel il-​ħajja tiegħek iktar siewja u se jġagħlek tħares lejn il-​futur b’tama eċċitanti.—Isaija 45:18; Ġwanni 17:3; Rivelazzjoni 21:​3, 4. 

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova huma tassew interessati biex jgħinu lil oħrajn jitgħallmu iktar dwar il-​Bibbja u jiżviluppaw imħabba għall-​messaġġ tagħha. Aħna nistidnuk mill-​qalb biex taċċetta l-​offerta t’hawn taħt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja