LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 11/15 p. 3
  • Għala Għandek Tagħmel it-Tajjeb?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala Għandek Tagħmel it-Tajjeb?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Materjal Simili
  • L-Integrità Tmexxi lin-Nies Retti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Kif Nafu li Aħna Qegħdin fl-​“Aħħar Jiem”
    Veru li Alla Jimpurtah Minna?
  • Sors Ċert taʼ Gwida u Tama
    Stenbaħ!—2011
  • L-Iskop t’Alla Dalwaqt Se Jiġi Rrealizzat
    X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja? Kif Tista’ Ssibu?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 11/15 p. 3

Għala Għandek Tagħmel it-​Tajjeb?

RAĠEL taʼ skola darba qal: “Għandi abbiltà biex nixtieq, imma abbiltà biex nagħmel dak li hu tajjeb m’għandix. Għax ma nagħmilx it-​tajjeb li nixtieq, imma nipprattika l-​ħażin li ma nixtieqx.” Dan ir-​raġel għala sabha diffiċli biex jipprattika t-​tajjeb li xtaq jagħmel? Hu spjega: “Fil-​każ tiegħi nsib din il-​liġi: li meta nixtieq nagħmel dak li hu sewwa, dak li hu ħażin ikolli fija. Jien tassew nitgħaxxaq bil-​liġi t’Alla skond il-​bniedem li jien minn ġewwa, imma fil-​membri tiegħi nara liġi oħra tiġġieled kontra l-​liġi taʼ moħħi u tjassarni għal-​liġi tad-​dnub li hemm fil-​membri tiegħi.”​—Rumani 7:​18, 19, 21-​23.

Dan il-​kliem taʼ l-​appostlu Pawlu, imniżżel xi 2,000 sena ilu, jispjega għala huwa taʼ sfida għal bnedmin imperfetti biex jagħmlu t-​tajjeb. Hemm bżonn taʼ saħħa morali jekk irridu nżommu mal-​prinċipji tajbin, speċjalment f’ċirkustanzi taʼ prova. Allura nagħmlu tajjeb jekk nistaqsu, Liema hi l-​iktar raġuni importanti biex nagħmlu t-​tajjeb?

Ikkunsidra x’tgħid l-​Iskrittura dwar il-​futur taʼ individwu li jkun rett moralment. F’Salm 37:​37, 38 naqraw: “Ħares lejn min hu tajjeb, ara l-​bniedem sewwa; għax ulied iħalli min iħobb is-​sliem. Imma l-​midinbin flimkien jinqerdu; ulied il-​ħżiena jitqaċċtu ’l barra.” Proverbji 2:​21, 22 jgħidilna: “Għax it-​tajbin jgħammru fl-​art, u n-​nies sewwa joqogħdu fiha; imma l-​ħżiena mill-​art jitqaċċtu, u l-​qarrieqa jinqalgħu minnha.”

Għalkemm dawn il-​wegħdi u oħrajn li jinsabu fil-​Bibbja jagħtuna motivazzjoni biex ngħixu ħajjitna bil-​mod li jogħġob lil Alla, dawn ma jagħtuniex ir-​raġuni fundamentali għala għandna nagħmlu dan. Din ir-​raġuni hija konnessa maʼ kwistjoni li tinvolvi lill-​ħlejjaq intelliġenti kollha b’mod persunali. L-​artiklu li jmiss jitkellem dwar din il-​kwistjoni u dwar kif teffettwana.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja