LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 12/15 p. 32
  • Il-Milied—Liema Xejra Qed Jieħu?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Milied—Liema Xejra Qed Jieħu?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 12/15 p. 32

Il-​Milied—Liema Xejra Qed Jieħu?

“IT-​TFITTXIJA għall-​Milied.” Dan ix-​xahar għaxar snin ilu, ir-​rivista U.S News & World Report kellha dan it-​titlu fuq il-​qoxra. L-​artiklu ffoka fuq jekk il-​Milied kienx qed isir “iktar safi, inqas kummerċjali.” Qegħdin l-​affarijiet jieħdu din ix-​xejra?

L-artiklu għenna nifhmu għala m’għandniex nistennew li dan iseħħ. Dan qal: “M’hemm ebda evidenza t’osservanza uffiċjali tat-​twelid taʼ Kristu sar-​rabaʼ seklu, meta Kostantinu . . . kien l-​imperatur taʼ Ruma.” Dan juri “li parti mir-​raġuni hi li ħadd ma kien jaf eżatt meta twieled Ġesù.” L-​artiklu ammetta li “l-​evanġelji ma jgħidu xejn dwar is-​sena, aħseb u ara dwar ix-​xahar jew il-​ġurnata eżatta.” Skond kittieb taʼ l-​istorja mill-​Università taʼ Texas, “il-​Kristjani tal-​bidunett sempliċement ma kinux interessati f’li jiċċelebraw it-​Twelid taʼ Ġesù.”

Taħt is-​sottitlu “Kwistjoni taʼ Inċertezza,” l-​artiklu kkunsidra “kif il-​knisja waslet għad-​data tal-​25 taʼ Diċembru.” Dan irrikonoxxa: “Dak li hu l-​iktar aċċettat hu li l-​festa kienet intenzjonata biex il-​festa taʼ Saturnalja u festi pagani oħrajn jiġu ‘Kristjanizzati.’” “Billi bdew jiċċelebraw il-​Milied lejn l-​aħħar taʼ Diċembru, meta n-​nies kienu diġà mdorrijin jiċċelebraw, il-​mexxejja tal-​knisja assiguraw ruħhom li din l-​osservanza tat-​twelid tas-​Salvatur tkun imxerrda maʼ kullimkien.” F’nofs is-​seklu 19, l-​enfasi nbidlet għal fuq ix-​xiri u l-​għoti taʼ rigali. “It-​tradizzjoni l-​ġdida taʼ l-​għoti tar-​rigali tal-​Milied ħolqot sors taʼ ġid f’ħakka t’għajn, u n-​negozjanti u dawk li jirreklamaw malajr bdew jippromwovu l-​istaġun.”

Għaldaqstant, m’hemm ebda raġuni għala għandna nistennew li l-​Milied se jieħu xi xejra oħra għajr li jitbiegħed mill-​Kristjanità vera. Filwaqt li l-​Milied modern qiegħed “ilellex bil-​kummerċjaliżmu,” il-​fatt hu li l-​Kristjani veri qatt ma stennew li kienu se jiċċelebraw it-​twelid taʼ Ġesù. Minflok, il-​Bibbja tenfasizza l-​fidwa li pprovda Kristu permezz tal-​mewt tiegħu u l-​irxoxt tiegħu fis-​sema. (Mattew 20:28) Dan se jibqaʼ tassew importanti għall-​eternità.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja