LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 1/1 p. 8
  • Raġel li Ħabb il-Ħajja u lin-Nies

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Raġel li Ħabb il-Ħajja u lin-Nies
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Materjal Simili
  • Tistaʼ Din Tkun l-Aħjar Karriera Għalik?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Tistaʼ Tagħmel Lilek Innifsek Disponibbli?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Stedina Miftuħa Għal Kulħadd!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Membri Ġodda tal-Ġemgħa li Tiggverna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 1/1 p. 8

Raġel li Ħabb il-​Ħajja u lin-​Nies

DANIEL SYDLIK, li kien ilu żmien twil jaqdi bħala membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova, temm il-​ħajja tiegħu fuq l-​art nhar it-​Tlieta, 18 t’April, 2006. Hu kellu 87 sena u qeda bħala membru tal-​familja taʼ Betel fi Brooklyn, New York, għal kważi 60 sena.

Ħuna Dan, kif kienu jsejħulu b’għożża l-​ħbieb intimi tiegħu, ġie jaqdi f’Betel fl-​1946. Qabel dan, hu kien jaqdi bħala pijunier speċjali f’Kalifornja u qattaʼ xi żmien il-​ħabs matul it-​tieni gwerra dinjija minħabba n-​newtralità Kristjana tiegħu. L-​esperjenzi li kellu matul dak iż-​żmien huma deskritti b’mod vivaċi fil-​bijografija tiegħu li dehret fil-​Watchtower taʼ l-​1 taʼ Ġunju, 1985, bit-​titlu “How Priceless Your Friendship, O God!” (Kemm Hi Imprezzabbli l-​Ħbiberija Tiegħek, O Alla!)

Ħuna Sydlik kien magħruf bħala individwu modest u li tistaʼ tavviċinah. Meta kien jikkonduċi l-​programm tal-​qima taʼ fil-​għodu għall-​familja taʼ Betel, l-​attitudni pożittiva tiegħu u l-​imħabba tiegħu għall-​ħajja spiss kienu jidhru mill-​kliem tal-​ftuħ tiegħu: “Kemm hi ħaġa tajba li ninsabu ħajjin biex naqdu lill-​Alla l-​veru u ħaj.” Bħala kelliemi pubbliku, hu kien jinkuraġġixxi lil oħrajn biex ikollhom din l-​attitudni, billi ta taħditiet b’temi bħal “Hieni l-​Poplu li Alla Tiegħu Hu Ġeħova,” “Nirriflettu l-​Hena taʼ Ġeħova,” “Ibqaʼ Kebbes in-​Nar taʼ l-​Ispirtu t’Alla,” u “L-​Aħjar Għadu Ġej.”

Fl-1970, Ħuna Sydlik iżżewweġ lil Marina Hodson, mill-​Ingilterra, li hu sejħilha “appoġġ mibgħut minn Alla.” Huma qdew lil Ġeħova flimkien għal iktar minn 35 sena.

Matul is-​snin li qattaʼ f’Betel, Ħuna Sydlik qeda f’diversi dipartimenti, inkluż l-​istamperija u d-​Dipartiment tal-​Kitba. Hu ħadem ukoll maʼ l-​istazzjon tar-​radju WBBR. Imbagħad, f’Novembru taʼ l-​1974, hu ġie inkarigat biex jaqdi bħala membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna u maż-​żmien ħadem flimkien mal-​kumitati tal-​Personell u tal-​Kitba.

L-imħabba kbira taʼ Ħuna Sydlik għan-​nies kienet tispikka fix-​xogħol tiegħu mal-​Kumitat tal-​Personell, fejn qeda għal iktar minn 30 sena. Hu ħeġġeġ lil ħafna wħud bil-​vuċi tidwi tiegħu, waqt li dejjem ġibed l-​attenzjoni għall-​privileġġ prezzjuż li għandna li naqdu lil Ġeħova. Hu kien dejjem jenfasizza li l-​hena veru jiddependi mir-​relazzjoni tagħna maʼ Ġeħova u mill-​attitudni tagħna lejn il-​ħajja u mhux minn fatturi barranin.

Għalkemm il-​familja taʼ Betel tassew timmissja lil Ħuna Sydlik, l-​eżempju tiegħu se jibqaʼ ħaj bħala wieħed li kien tabilħaqq iħobb il-​ħajja u lin-​nies. Aħna fiduċjużi li hu inkluż fost dawk li Rivelazzjoni 14:13 jgħid dwarhom: “Henjin il-​mejtin li jmutu f’unjoni mal-​Mulej minn dan iż-​żmien ’il quddiem. Iva, jgħid l-​ispirtu, ħa jistrieħu mit-​taħbit tagħhom, għax dak li għamlu jmur dritt magħhom.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja