LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 2/15 p. 32
  • Eżempju t’Onestà

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Eżempju t’Onestà
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 2/15 p. 32

Eżempju t’Onestà

NELMA, li taħdem bħala parrukkiera fi Cruzeiro do Sul, il-​Brażil, reċentement iffaċċjat prova taʼ l-​integrità Kristjana tagħha. Meta għargħar laqat l-​inħawi tagħha, Nelma rċiviet xi ħwejjeġ mingħand waħda mill-​klijenti tagħha. Waqt li kienet qed tara l-​ħwejjeġ, hi sabet ammont taʼ flus ekwivalenti għal Lm312 fil-​bwiet taʼ xi qliezet.

Il-flus li sabet Nelma kienu jammontaw daqs xi sebaʼ xhur paga għaliha, u tassew kellha bżonnhom. Darha stess ġarrbet ħsara minħabba l-​għargħar, u missierha u ħutha kienu tilfu ħafna minn dak li kellhom. B’dawn il-​flus, hi setgħet tlesti t-​tiswijiet fid-​dar tagħha u xorta kien jifdal xi flus biex tgħin lil qrabatha. Madankollu, il-​kuxjenza mħarrġa fuq il-​Bibbja taʼ Nelma ma ħallithiex iżżomm il-​flus għaliha.​—Ebrej 13:18.

Kmieni l-​għada fil-​għodu, hi marret għax-​xogħol qabel ma fetaħ il-​ħanut u kkuntattjat lin-​negozjanta li kienet tatha l-​ħwejjeġ bħala donazzjoni. Nelma rringrazzjatha tal-​ħwejjeġ, però qaltilha li hi ma setgħetx iżżomm dak li sabet fihom. Il-​mara tgħidx kemm ferħet li rċiviet il-​flus lura! Hi kienet warrbet il-​flus biex tħallas lill-​impjegati tagħha. “L-​onestà hija xi ħaġa rari,” qalet in-​negozjanta.

Tabilħaqq, xi wħud għandhom mnejn iħossu li l-​onestà m’għandhiex xi mertu speċjali. Madankollu, l-​onestà hija kwalità taʼ valur kbir għal dawk li qed jirsistu biex jogħġbu lill-​Alla l-​veru, Ġeħova. (Efesin 4:​25, 28) “Li kieku aġixxejt mod ieħor ma kontx inkun nistaʼ norqod bil-​lejl,” qalet Nelma.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja