LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 5/15 p. 32
  • “Għala, Mulej, Bqajt Sieket?”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Għala, Mulej, Bqajt Sieket?”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 5/15 p. 32

“Għala, Mulej, Bqajt Sieket?”

DAN kien il-​kliem tal-​Papa Benedettu XVI, li fit-​28 taʼ Mejju, 2006 żar dak li qabel kien kamp tal-​konċentrament f’Auschwitz, il-​Polonja. Fil-​post fejn in-​Nazi qatlu mijiet t’eluf taʼ Lhud u oħrajn, hu stqarr: “Kemm iqumu mistoqsijiet f’dan il-​post! Darba wara l-​oħra tqum il-​mistoqsija: Alla fejn kien f’dawk il-​jiem? Għala baqaʼ sieket? Kif setaʼ jippermetti dan il-​qtil kollu, din ir-​rebħa tal-​ħażen? . . . Għandna nkomplu nsejħu lil Alla bl-​umiltà imma fl-​istess ħin b’persistenza: Ħu azzjoni! Tinsiex lill-​bnedmin, il-​ħolqien tiegħek!”

Id-diskors tal-​papa qanqal ħafna reazzjonijiet. Xi wħud innotaw li l-​papa bi skop evita li jitkellem dwar ċerti suġġetti, bħal per eżempju dwar l-​anti-Semitiżmu li kien marbut maʼ l-​atroċitajiet li seħħew f’Auschwitz. Oħrajn interpretaw il-​kliem tiegħu bħala attentat biex jimminimizza t-​talba tal-​Papa Ġwanni Pawlu II għall-​maħfra tad-​dnubiet li kkommettiet il-​knisja. Filippo Gentiloni, ġurnalist Kattoliku, osserva: “Madankollu, kien jagħmel sens li meta ħafna kummentaturi ġew iffaċċjati bil-​mistoqsija diffiċli rigward fejn kien Alla​—mistoqsija mingħajr tweġiba​—minflok, riedu tweġiba għall-​mistoqsija iktar faċli: Fejn kien Piju XII?” Il-​kummentaturi kienu qed jirreferu għall-​Papa Piju XII, li baqaʼ sieket matul l-​Olokawst.

L-Olokawst u l-​atti l-​oħrajn kollha taʼ ġenoċidju li saru matul l-​istorja tal-​bniedem taw prova li “bniedem jaħkem fuq ieħor u jagħmillu l-​ħsara.” (Koħèlet 8:9) Barra minn hekk, il-​Ħallieq tal-​bnedmin ma qagħadx fis-​skiet matul dawn l-​atti terribbli kollha. Permezz tal-​paġna tal-​Bibbja, hu kixef ir-​raġunijiet tiegħu għala jippermetti l-​ħażen. Alla assigurana wkoll li ma nesiex lill-​bnedmin. Fil-​fatt, il-​perijodu taʼ żmien li fih Alla ppermetta lill-​bniedem jaħkem lilu nnifsu daqt se jiġi fi tmiem. (Ġeremija 10:23) Tixtieq tkun taf iktar dwar l-​iskop t’Alla għalina? Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jieħdu pjaċir jgħinuk tara t-​tweġiba tal-​Bibbja għall-​mistoqsijiet li ħawdu lill-​Papa Benedettu XVI.

[Sors tal-Istampa f’paġna 32]

Oświęcim Museum

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja