“L-Għotja Tiegħek mill-Iktar Prezzjuża”
DAK li qabel kien il-prim ministru tal-Belġju hekk iddeskrivieh il-ktieb L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex.a Wieħed mill-ġirien għamillu żjara taʼ ħbiberija, u hu aċċetta kopja tal-ktieb. Iktar tard, hu kiteb ittra t’apprezzament: “Tassew bqajt impressjonat biż-żjara li għamiltli, u bqajt saħansitra iktar impressjonat bl-għotja tiegħek mill-iktar prezzjuża: il-ktieb dedikat ‘lill-Aqwa Bniedem.’”
Dak li qabel kien prim ministru kien analizza l-ktieb u wasal għall-konklużjoni: “Kieku n-nies ikunu iktar interessati fil-messaġġ taʼ l-Evanġelju u jpoġġu fil-prattika l-prinċipji taʼ Ġesù Kristu, kieku llum id-dinja tkun differenti għalkollox. Imbagħad ma jkollniex bżonn Kunsill tas-Sigurtà; ma jkunx hemm attakki terroristiċi, u l-vjolenza fid-dinja ma tkunx iktar.” Għalkemm ammetta li din tidher bħala xewqa mhix realistika, hu esprima r-rispett tiegħu għaż-żjara taʼ ħbiberija li għamillu l-ġâr.
L-ittra tkompli tgħid: “Intom tappartjenu lil grupp kbir taʼ nies taʼ rieda tajba li la huma ottimisti u lanqas pessimisti, imma nies li jemmnu f’ħajja b’kundizzjonijiet aħjar kemm għall-bnedmin u kif ukoll għall-affarijiet oħrajn.”
Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jemmnu li intervent minn Alla, mhux l-isforzi tal-bniedem, eventwalment se jġib dinja aħjar. Huma jipprovaw jimitaw lill-aqwa bniedem, Ġesù Kristu. Kellek xi żjara mix-Xhieda taʼ Ġeħova dan l-aħħar? Int x’aktarx li tieħu pjaċir titkellem magħhom dwar l-aqwa bniedem li qatt għex. U huma jieħdu gost jagħtuk il-ktieb li tant impressjona lil dak li qabel kien prim ministru.
[Nota taʼ taħt]
a Pubblikat mix-Xhieda taʼ Ġeħova.