LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w08 10/1 pp. 5-6
  • Żminijiet Kritiċi Issa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żminijiet Kritiċi Issa
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Materjal Simili
  • X’Inhu s-​Sinjal tal-​“Aħħar Jiem,” jew “Żmien it-​Tmiem”?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Qegħdin Aħna Ngħixu fl-​“Aħħar Jiem”?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Id-dinja dalwaqt se tispiċċa?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Qegħdin Aħna Verament Ngħixu “fl-Aħħar Jiem”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
w08 10/1 pp. 5-6

Żminijiet Kritiċi Issa

IL-​BIBBJA bassret li l-​umanità kellha tesperjenza “żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom.” Din tiddeskrivi dan il-​perijodu bħala “l-​aħħar jiem.” (2 Timotju 3:1-5; 2 Pietru 3:3-7) Ġesù Kristu tkellem dwar dan l-​istess żmien meta wieġeb mistoqsija li għamlulu d-​dixxipli tiegħu dwar “il-​konklużjoni tas-​sistema.” (Mattew 24:3) Qegħdin issa aħna ngħixu f’dawn l-​aħħar jiem? Qabbel dak li bassret il-​Bibbja mar-​rapporti reċenti kwotati hawn taħt, imbagħad iddeċiedi għalik innifsek.

Dak li bassret il-​Bibbja: ġlied globali—Luqa 21:10; Rivelazzjoni 6:4.

Dak li jgħidu rapporti reċenti: “Fis-​seklu 20, l-​imwiet minħabba l-​gwerer kienu tliet darbiet iktar minn dawk tas-​sekli taʼ qabel kollha flimkien, lura sa żmien it-​twelid taʼ Kristu.”—Istitut li Jżomm Ħarsa fuq id-​Dinja.

Dak li bassret il-​Bibbja: mard u nuqqas taʼ ikel—Luqa 21:11; Rivelazzjoni 6:5-8.

Dak li jgħidu rapporti reċenti: Fl-​2004, xi 863 miljun ruħ fuq l-​art ma kellhomx ikel biżżejjed, 7 miljuni iktar mill-​2003.—Organizzazzjoni tal-​Ġnus Magħquda taʼ l-​Ikel u l-​Biedja.

Xi biljun ruħ jgħixu fil-​kerrejjiet; 2.6 biljun ruħ m’għandhomx sanità bażika; u 1.1 biljun ruħ m’għandhomx ilma tajjeb għax-​xorb.—Istitut li Jżomm Ħarsa fuq id-​Dinja.

Il-malarja teffettwa lil 500 miljun ruħ; 40 miljun ruħ jgħixu bl-​HIV-AIDS; it-​tuberkulosi qatlet 1.6 miljun ruħ fl-​2005.—Organizzazzjoni Dinjija tas-​Saħħa.

Dak li bassret il-​Bibbja: il-​ħsara li qed issir lill-​art—Rivelazzjoni 11:18.

Dak li jgħidu rapporti reċenti: “L-​attività umana rriżultat fil-​possibbiltà li ħafna tipi differenti t’annimali u pjanti dalwaqt ma jibqgħux jeżistu.” “Kważi żewġ terzi mis-​servizzi provduti min-​natura għall-​umanità qed jonqsu madwar id-​dinja kollha.”—Stima taʼ l-​Ekosistema għall-​Millennju.

“Il-​gassijiet magħmulin mill-​bniedem li jżidu s-​sħana fl-​atmosfera ġabu żbilanċ serju fil-​klima taʼ l-​Art, bil-​possibbiltà taʼ konsegwenzi perikolużi għall-​pjaneta.”—NASA, Istitut taʼ Goddard għall-​Istudji taʼ l-​Ispazju.

Dak li bassret il-​Bibbja: l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla pridkata fl-​art kollha—Mattew 24:14; Rivelazzjoni 14:6, 7.

Dak li jgħidu rapporti reċenti: Matul l-​2007, quċċata taʼ 6,957,854 Xhud taʼ Ġeħova qattgħu iktar minn 1.4 biljun siegħa jippridkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla f’236 pajjiż.—2008 Yearbook of Jehovah’s Witnesses.

Bħalma ġie nnotat iktar kmieni, il-​Bibbja bassret li minkejja dawn l-​aħbarijiet koroh kollha, kien se jkun hemm raġuni għall-​ottimiżmu. Ġesù tkellem dwar “l-​aħbar tajba” tas-​Saltna t’Alla. X’inhi s-​Saltna t’Alla? Għala tagħti lill-​umanità tama taʼ futur aħjar? U s-​Saltna t’Alla kif se teffettwa lilek?

[Kumment f’paġna 5]

Il-​Bibbja bassret il-​kundizzjonijiet tad-​dinja li naraw illum

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja