LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w10 10/1 pp. 3-4
  • Minn Xiex Jibżgħu Ħafna Nies?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Minn Xiex Jibżgħu Ħafna Nies?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
w10 10/1 pp. 3-4

Minn Xiex Jibżgħu Ħafna Nies?

“M’hemmx għalfejn tkun reliġjuż biex taħseb li l-​futur tal-​umanità se jkun diżastruż.”—STEPHEN O’LEARY, PROFESSUR, L-​UNIVERSITÀ TAʼ KALIFORNJA TAN-​NOFSINHAR.a

TAQBEL int mal-​istqarrija t’hawn fuq? Din is-​serje t’artikli se tirrivedi ftit mir-​raġunijiet għala n-​nies jibżgħu mill-​futur. Imma se turi wkoll għala jistaʼ jkollok fiduċja li l-​ħajja fuq l-​art mhijiex se tispiċċa. Hemm raġunijiet validi għala tistaʼ tkun ottimist, minkejja l-​fatti inkwetanti li se taqra dwarhom dalwaqt.

It-​theddida taʼ gwerra nukleari tibqaʼ kbira. Fl-​2007, il-​Bulletin of the Atomic Scientists wissa: “L-​aħħar darba li d-​dinja ffaċċjat għażliet perikolużi bħal dawn kien meta l-​ewwel bombi atomiċi ntefgħu f’Ħiroxima u Nagasaki.” Għala hemm għalfejn ninkwetaw? Il-​Bulletin irrapporta li fis-​sena 2007 kien għad hemm 27,000 arma nukleari u li 2,000 minnhom kienu “lesti biex jintużaw fi ftit minuti.” Jekk anki persentaġġ żgħir minn dawk l-​armi jiġi splodut, l-​effett ikun katastrofiku!

Naqset it-​theddida taʼ gwerra nukleari minn dakinhar ’l hawn? Il-​ħames pajjiżi li għandhom l-​iktar armi nukleari—iċ-​Ċina, Franza, l-​Istati Uniti, ir-​Renju Unit, u r-​Russja—ilkoll “jew qed iħejju sistemi nukleari ġodda jew ħabbru li għandhom il-​ħsieb li jagħmlu dan,” jgħid is-​SIPRI Yearbook 2009.bc Imma l-​ktieb jgħid li dawn il-​pajjiżi mhumiex l-​uniċi li għandhom l-​armi nukleari. Ir-​riċerkaturi jikkalkulaw li l-​Indja, il-​Pakistan, u l-​Iżrael għandhom xi 60 sa 80 arma nukleari kull wieħed. Jgħidu wkoll li madwar id-​dinja hemm total taʼ 8,392 arma nukleari lesti biex jintużaw!

Il-​bidla fil-​klima tistaʼ ġġib diżastru. Il-​Bulletin of the Atomic Scientists li semmejna qabel jgħid: “Il-​perikli li jiġu mill-​bidla fil-​klima huma gravi kważi daqs dawk tal-​armi nukleari.” Xjenzati rispettati, bħal Stephen Hawking, professur irtirat fl-​Università taʼ Cambridge, u Sir Martin Rees, Kap tal-​Kulleġġ tat-​Trinità fl-​Università taʼ Cambridge, jagħtu l-​istess twissijiet ħorox. Huma jħossu li l-​użu mhux responsabbli tat-​teknoloġija u l-​bidliet fl-​ambjent minħabba l-​attività umana jistgħu jibdlu l-​ħajja fuq l-​art b’mod li ma nkunux nistgħu nġibuha kif kienet jew saħansitra jtemmu ċ-​ċivilizzazzjoni.

Tbassir taʼ qerda jinkwieta lil miljuni taʼ nies. Ittajpja l-​frażi “tmiem id-​dinja” u s-​sena “2012” fl-​Internet, u ssib mijiet taʼ paġni li fihom spekulazzjonijiet dwar il-​kwistjoni li t-​tmiem għandu jiġi f’din is-​sena. Dan għala? Kalendarju tal-​qedem tal-​Maja magħruf bħala “l-​Għadd fit-​Tul,” hu kalkulat li jispiċċa fis-​sena 2012. Ħafna jibżgħu li dan b’xi mod ibassar it-​tmiem taċ-​ċivilizzazzjoni kif nafuha aħna.

Ħafna nies reliġjużi jemmnu li l-​Bibbja tgħallem li l-​art letterali se tinqered. Huma jħossu li l-​uħud li jemmnu u li huma leali se jittieħdu s-​sema, waqt li l-​bqija tal-​umanità se titħalla tbati f’art kollha taqlib jew tintefaʼ fl-​infern.

Tassew li l-​Bibbja tgħid li l-​art se tinqered għalkollox? L-​appostlu Ġwanni wissa: “Temmnux kull espressjoni mnebbħa, imma għarblu l-​espressjonijiet imnebbħin biex taraw jekk joriġinawx minn Alla.” (1 Ġwanni 4:1) Minflok ma taqbad u taċċetta x’jgħid ħaddieħor, għala ma tiftaħx il-​Bibbja u tara int stess x’tgħid dwar it-​tmiem tad-​dinja? Dak li tgħallem għandu mnejn ma jkunx dak li taħseb int.

[Noti taʼ taħt]

a Mill-​artiklu “Disasters Fuel Doomsday Predictions” (Id-​Diżastri Reċenti Jġiegħlu n-​Nies Ibassru Katastrofi), pubblikat fil-​Websajt tal-​MSNBC, fid-​19 t’Ottubru, 2005.

b SIPRI tfisser l-​Istitut tar-​Riċerka għall-​Paċi Internazzjonali fi Stokkolma.

c Ir-​rapport fis-​SIPRI Yearbook 2009 nkiteb minn Shannon N. Kile, riċerkatriċi u kap tal-​proġett tal-​armi nukleari tal-​Programm tas-​SIPRI li Jikkontrolla l-​Armi u Jara li Ma Jiżdidux; Vitaly Fedchenko, riċerkatur fil-​Programm tas-​SIPRI li Jikkontrolla l-​Armi u Jara li Ma Jiżdidux; u Hans M. Kristensen, direttur tal-​proġett tal-​informazzjoni nukleari fil-​Federazzjoni tax-​Xjenzati Amerikani.

[Sorsi tal-Istampa f’paġna 4]

Id-​daħna taʼ splużjoni nukleari: U.S. National Archives photo; ritratti t’uragan: WHO/League of Red Cross and U.S. National Archives photo

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja