LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w11 4/1 p. 23
  • Kont Taf?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kont Taf?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Materjal Simili
  • “Kemm Inħobbha l-Liġi Tiegħek!”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • “Uru Li Intom Grati”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
w11 4/1 p. 23

Kont Taf?

X’kienet id-​drawwa tat-​tilqit u min ibbenefika minnha?

▪ Il-​Liġi Mosajka kienet tipprojbixxi lill-​bdiewa milli jaħsdu l-​prodotti kollha tar-​rabaʼ tagħhom. Fil-​fatt, dawk li kienu jaħsdu l-​qmuħ ma kellhomx jaħsdu t-​trufijiet tal-​għelieqi għalkollox. Dawk li kienu jaqtgħu l-​għeneb ma kellhomx jiġbru l-​għeneb li kien ikun imxerred mal-​art jew jerġgħu jmorru lura biex jaqtgħu l-​għeneb li ma kienx ikun għadu misjur l-​ewwel darba li jkunu marru jaqtgħu. Ukoll, dawk li kienu jfarfru l-​friegħi tas-​siġar taż-​żebbuġ ma kellhomx jiġbru ż-​żebbuġ li ma jkunx waqaʼ mis-​siġra. (Levitiku 19:9, 10; Dewteronomju 24:19-​21) Il-​foqra, l-​orfni, ir-​romol, u r-​residenti barranin setgħu mbagħad ilaqqtu—jew jiġbru—dak li kien ikun għad fadal mill-​ħsad.

Din il-​liġi tat-​tilqit kienet taʼ benefiċċju għas-​soċjetà kollha t’Iżrael. Lil sid l-​art kienet tinkuraġġih ikun ġeneruż, altruist, u jistrieħ fuq il-​barkiet t’Alla. Lil dawk li kienu jlaqqtu kienet tinkuraġġihom ikunu beżlin, għax it-​tilqit kien jinvolvi xogħol iebes. (Rut 2:2-​17) Permezz tat-​tilqit, il-​fqir ma kienx ibati l-​ġuħ jew ikun taʼ piż fuq il-​komunità. Kieku kellhom jittallbu jew jiddependu mill-​karità—xi ħaġa li ma kienet tirrikjedi l-​ebda sforz min-​naħa tagħhom—kienu jħossuhom li ma jiswew għalxejn. Grazzi għal din il-​liġi dan ma kienx jiġri.

Salamun għala importa l-​injam mil-​Libanu, pajjiż daqstant ’il bogħod, għall-​bini tat-​tempju f’Ġerusalemm?

▪ Ir-​rakkont tal-​1 Slaten 5:1-​10 jiddeskrivi ftehim li sar bejn Salamun u Ħiram, is-​sultan taʼ Tir. Skont dan il-​ftehim, kellhom jinġiebu f’Iżrael bil-​baħar ċattri taċ-​ċedru u injam tal-​ġnibru mil-​Libanu biex jintużaw għall-​bini tat-​tempju.

Iċ-​ċedru kien prodott taʼ ċerta importanza fin-​negozju fil-​Lvant Nofsani tal-​qedem. Fl-​Eġittu u fil-​Mesopotamja, dan l-​injam spiss kien jintuża għat-​travi u għall-​kisi tal-​ħitan tat-​tempji u tal-​palazzi. Arkivji rjali, kitbiet letterarji, u iskrizzjonijiet, jagħtu prova tal-​importazzjoni kontinwa taċ-​ċedru lejn diversi bliet indipendenti tal-​Mesopotamja tan-​Nofsinhar. Xi drabi dan kien isir taħt forma taʼ serqa fi gwerra jew bħala rahan. Fl-​Eġittu kien jintuża fil-​bini taʼ braken irjali, twiebet, u oġġetti funebri oħrajn.

Is-​siġar taċ-​ċedru tal-​Libanu, kienu magħrufin b’mod partikulari għal kemm kienu b’saħħithom, sbieħ, u kemm kien ifuħ l-​injam tagħhom, biex ma nsemmux kemm kienu reżistenti għall-​attakki mill-​insetti. Għalhekk, Salamun kien qed juża l-​aqwa materjal għat-​tempju. Illum, kulma fadal mill-​foresti taċ-​ċedru, li darba kienu jiksu l-​muntanji tal-​Libanu, huma ftit imsaġar żgħar ’l hawn u ’l hemm.

[Stampa f’paġna 23]

Trasport taċ-​ċedru mil-​Libanu, skultura Assirjana mill-​palazz taʼ Sargon

[Sors]

Erich Lessing/Art Resource, NY

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja