LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w12 10/1 p. 5
  • Fatti tal-Istorja, Mhux Ħrejjef

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Fatti tal-Istorja, Mhux Ħrejjef
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Materjal Simili
  • Jissolva l-​Misteru tas-​Siġra l-​Kbira
    Oqgħod Attent għall-Profezija taʼ Danjel!
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
w12 10/1 p. 5

Fatti tal-​Istorja, Mhux Ħrejjef

“Fittixt kollox mill-​bidu b’eżattezza.”​—LUQA 1:3.

IL-​BIBBJA KIF INHI DIFFERENTI? Il-​leġġendi u l-​ħrejjef jirrakkontaw stejjer affaxxinanti li jħallu barra dati eżatti u ismijiet speċifiċi taʼ postijiet u persunaġġi storiċi. B’kuntrast, il-​Bibbja tinkludi viżibilju taʼ dettalji storiċi li jaċċertaw lill-​qarrejja li dak li “tgħid hu minnu b’mod suprem.”—Salm 119:160, The Psalms for Today, taʼ R. K. Harrison.

EŻEMPJU: Il-​Bibbja tgħid li “Nebukadnessar is-​sultan taʼ Babilonja . . . ħa lil Ġeħojakin [is-​Sultan taʼ Ġuda] fl-​eżilju lejn Babilonja.” Iktar tard, “Evil-​merodak, is-​sultan taʼ Babilonja, fis-​sena li sar sultan, refaʼ ras Ġeħojakin, is-​sultan taʼ Ġuda, u ħarġu mill-​ħabs.” Iktar minn hekk, “is-​sultan baqaʼ jagħtih [lil Ġeħojakin] porzjon taʼ ikel, dak li kien imissu kuljum, tul ħajtu kollha.”—2 Slaten 24:11, 15; 25:27-​30.

DAK LI SKOPREW L-​ARKEOLOĠI: Fost il-​fdalijiet taʼ Babilonja tal-​qedem, l-​arkeoloġi skoprew xi dokumenti amministrattivi li jmorru lura għaż-​żmien tal-​ħakma taʼ Nebukadnessar II. Fihom jissemmew il-​proviżjonijiet li kienu jingħataw lill-​priġunieri u lil oħrajn li kienu jiddependu mill-​familja rjali. Il-​lista kienet tinkludi lil “Jawkin [Ġeħojakin],” li kien is-​“sultan tal-​pajjiż taʼ Jaħud (Ġuda),” u lin-​nies taʼ daru. Xi ngħidu dwar l-​eżistenza taʼ Evil-​merodak, is-​suċċessur taʼ Nebukadnessar? Iskrizzjoni fuq vażun li nstab qrib il-​belt taʼ Susa tgħid: “Il-​palazz taʼ Amil-​Marduk [Evil-​merodak], Sultan taʼ Babilonja, bin Nebukadnessar, is-​Sultan taʼ Babilonja.”

INT X’TAĦSEB? Hemm xi ktieb qaddis ieħor li fih daqstant dettalji storiċi li huma speċifiċi u eżatti? Jew il-​Bibbja hi ktieb uniku?

[Kumment f’paġna 5]

‘L-​informazzjoni kronoloġika u ġeografika hi iktar eżatta u taʼ min joqgħod fuqha mill-​informazzjoni taʼ dokumenti oħrajn tal-​qedem.’—A SCIENTIFIC INVESTIGATION OF THE OLD TESTAMENT, TAʼ ROBERT D. WILSON

[Stampa f’paġna 5]

Dokument Babiloniż li jsemmi lis-​Sultan Ġeħojakin taʼ Ġuda

[Sors tal-Istampa f’paġna 5]

© bpk, Berlin/Vorderasiatisches Museum, SMB/Olaf M. Tessmer/Art Resource, NY

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja