LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 11/15 p. 15
  • Il-Mediċina Tiegħu Hi li Jaqdi lil Alla!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Mediċina Tiegħu Hi li Jaqdi lil Alla!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Hemm Bżonn—55 Pijunier Awżiljarju
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Il-Barkiet tal-Ministeru Bħala Pijunier
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 11/15 p. 15

Il-​Mediċina Tiegħu Hi li Jaqdi lil Alla!

Meta żewġ pijunieri ġew mistidnin jidħlu f’ċerta dar fil-​Kenja, baqgħu sorpriżi meta raw il-​figura żgħira ħafna taʼ raġel mimdud fuq sodda. Hekk kif qalulu bil-​wegħda t’Alla li “z-​zopp se jixxabbat bħaċ-​ċerv,” ir-​raġel wieġeb billi tahom tbissima kbira.—Is. 35:6.

Il-​pijunieri saru jafu li Onesmus, li issa riesaq lejn l-​40 sena, twieled bl-​osteogenesis imperfecta, jew il-​marda tal-​għadam fraġli. L-​għadam tant hu fraġli li l-​iċken pressjoni tkissru. Peress li m’hemm l-​ebda kura jew trattament effettiv għall-​marda, Onesmus stenna li jqattaʼ l-​bqija taʼ ħajtu muġugħ u ġo siġġu tar-​roti.

Onesmus aċċetta studju tal-​Bibbja. Madanakollu, ommu ma riditux jattendi l-​laqgħat Kristjani għax irraġunat li setaʼ jkisser xi għadma waqt li jkun hemmhekk jew iħossu iktar muġugħ. Għalhekk, l-​aħwa rrekordjaw il-​laqgħat, u Onesmus kien jismagħhom id-​dar. Wara li kien ilu jistudja ħames xhur, Onesmus iddeċieda li jattendi l-​laqgħat minkejja r-​riskji involuti.

Ħassu iktar muġugħ Onesmus issa li beda jattendi l-​laqgħat Kristjani? Pjuttost l-​oppost! “L-​uġigħ kontinwu kien donnu jbatti matul il-​laqgħat,” jiftakar Onesmus. Hu rraġuna li kien qed iħossu aħjar minħabba t-​tama ġdida li kien kiseb. Omm Onesmus rat il-​bidla fil-​burdata taʼ binha u kienet ferħana se ttir tant li hi wkoll aċċettat li tistudja l-​Bibbja. Kienet tħobb tgħid: “Il-​mediċina taʼ ibni hi li jaqdi lil Alla!

Onesmus ma damx ma sar pubblikatur mhux mgħammed. Maż-​żmien, tgħammed u issa jaqdi bħala qaddej ministerjali. Għalkemm ma jistax juża riġlejh u waħda minn dirgħajh, Onesmus kellu x-​xewqa li jagħmel kulma jistaʼ fis-​servizz taʼ Ġeħova. Ried jaqdi bħala pijunier awżiljarju imma żamm lura milli japplika. Għala? Għax kien jaf li kien se jkollu jiddependi għalkollox minn ħaddieħor biex joqgħod jimbottah fis-​siġġu tar-​roti. Meta qal lill-​Kristjani sħabu x’kien qed iżommu lura, huma wiegħdu li jappoġġawh. U hekk għamlu, u b’hekk għenu lil Onesmus jaqdi bħala pijunier awżiljarju.

L-​istess ħaġa inkwetat lil Onesmus meta xtaq jibda jaqdi bħala pijunier regulari. Imma darba fost l-​oħrajn l-​iskrittura tal-​jum tatu l-​inkuraġġiment li kellu bżonn. L-​iskrittura kienet Salm 34:8: “Duqu u araw li Ġeħova hu tajjeb.” Wara li mmedita fuq din l-​iskrittura, Onesmus iddeċieda li jsir pijunier regulari. Issa hu jipprietka erbat ijiem fil-​ġimgħa u għandu diversi studenti tal-​Bibbja li qed jagħmlu progress spiritwali tajjeb. Fl-​2010, attenda l-​Iskola tas-​Servizz taʼ Pijunier. Kemm ħa pjaċir Onesmus għax l-​istruttur tiegħu kien wieħed miż-​żewġ aħwa li żaruh l-​ewwel darba!

Il-​ġenituri taʼ Onesmus issa raqdu fil-​mewt, imma aħwa fil-​kongregazzjoni jieħdu ħsieb il-​bżonnijiet tiegħu taʼ kuljum. Hu grat għall-​barkiet kollha li jgawdi issa, u għandu sebaʼ mitt sena biex jasal il-​jum meta “ħadd minn min jgħammar hemmhekk ma jgħid: ‘Jien marid.’”—Is. 33:24.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja