LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 2/15 pp. 26-27
  • Mistoqsijiet mill-qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Materjal Simili
  • Huma Stennew lill-Messija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Il-profezija taʼ Danjel bassret meta kellu jiġi l-Messija
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2017
  • “Sibna lill-Messija”!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Kif il-​Profezija taʼ Danjel Tbassar il-​Wasla tal-​Messija
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 2/15 pp. 26-27

MISTOQSIJIET MILL-QARREJJA

Il-​Lhud fl-​ewwel seklu x’bażi kellhom biex kienu qed “jistennew” lill-​Messija?

Fi żmien Ġwanni l-​Għammied, “in-​nies kienu qed jistennew u kulħadd kien qed jirraġuna f’qalbu dwar Ġwanni: ‘Forsi dan hu l-​Kristu?’” (Lq. 3:15) Il-​Lhud għala setgħu kienu qed jistennew lill-​Messija biex jidher f’dak iż-​żmien? Hemm diversi raġunijiet.

L-​anġlu taʼ Ġeħova jitkellem mar-​ragħajja qrib Betlehem

Wara li twieled Ġesù, l-​anġlu taʼ Ġeħova deher lil xi ragħajja li kienu qed jieħdu ħsieb l-​imrieħel tagħhom fl-​għelieqi viċin Betlehem. L-​anġlu ħabbar: “Illum, fil-​belt taʼ David, twildilkom Salvatur li hu Kristu l-​Mulej.” (Lq. 2:8-​11) Wara dan, mal-​anġlu ngħaqdet “kotra mill-​armata tas-​sema, ifaħħru lil Alla u jgħidu:a ‘Glorja lil Alla fl-​ogħla postijiet tas-​smewwiet, u paċi fuq l-​art fost il-​bnedmin taʼ rieda tajba.’”—Lq. 2:13, 14.

Din il-​proklamazzjoni żgur li kellha effett profond fuq dawk ir-​ragħajja umli. Dawn mill-​ewwel irħewlha lejn Betlehem, u meta sabu lil Ġużeppi u Marija u ċ-​ċkejken Ġesù, “bdew jgħidu dak li ntqalilhom dwar dan it-​tifel.” Minħabba f’hekk, “dawk kollha li semgħu stagħġbu bl-​affarijiet li qalulhom ir-​rgħajja.” (Lq. 2:17, 18) L-​espressjoni “dawk kollha li semgħu” tagħtina x’nifhmu li r-​ragħajja tkellmu maʼ nies oħra minbarra Ġużeppi u Marija. Imbagħad, hekk kif ir-​ragħajja marru lura lejn darhom, baqgħu “jigglorifikaw u jfaħħru lil Alla għal dak kollu li semgħu u raw bħalma kien intqalilhom.” (Lq. 2:20) Dawn ir-​ragħajja ċertament li ma kinux qed iżommu lura milli jaqsmu l-​affarijiet tajbin li kienu semgħu dwar il-​Kristu!

Marija żżomm lit-​tarbija Ġesù hekk kif il-​profetessa Anna trodd ħajr lil Alla

Meta Marija ġabet lill-​ewwel tifel imwieled tagħha Ġerusalemm sabiex tippreżentah quddiem Ġeħova fi qbil mal-​Liġi Mosajka, il-​profetessa Anna “bdiet trodd ħajr lil Alla u titkellem dwar it-​tifel maʼ dawk kollha li kienu qed jistennew il-​ħelsien taʼ Ġerusalemm.” (Lq. 2:36-​38; Eżo. 13:12) B’hekk, l-​aħbar li deher il-​Messija baqgħet tinxtered.

Iktar tard, “astroloġi mil-​lvant ġew Ġerusalemm, u qalu: ‘Fejn hu s-​sultan tal-​Lhud li twieled? Għax rajna l-​kewkba tiegħu meta konna fil-​lvant, u ġejna nuruh rispett.’” (Mt. 2:1, 2) Malli semaʼ dan, “is-​Sultan Erodi tħawwad, u Ġerusalemm kollha miegħu. Laqqaʼ flimkien lill-​qassisin ewlenin u lill-​iskribi kollha tal-​poplu biex jitkixxef mingħandhom fejn kellu jitwieled il-​Kristu.” (Mt. 2:3, 4) Għalhekk, ħafna nies kienu qed jisimgħu l-​aħbar: Il-​Messija futur kien wasal!b

Is-​Sultan Erodi jistħarreġ dwar il-​Kristu. Astrologi mil-​Lvant isegwu l-​kewkba

Luqa 3:15, li ġie kkwotat qabel, jagħti x’jifhem li xi Lhud ħasbu li Ġwanni l-​Għammied setaʼ kien il-​Kristu. Imma Ġwanni ġab fix-​xejn din l-​idea bil-​kliem: “Dak li ġej warajja hu b’saħħtu iktar minni, u jien ma jistħoqqlix inneżżagħlu s-​sandli minn saqajh. Dan jgħammidkom bl-​ispirtu qaddis u bin-​nar.” (Mt. 3:11) Il-​kumment modest taʼ Ġwanni żgur li qanqal iktar antiċipazzjoni għall-​wasla tal-​Messija.

Setgħu l-​Lhud tal-​ewwel seklu użaw il-​profezija tas-​70 ġimgħa mniżżla f’​Danjel 9:24-​27 biex jikkalkulaw meta kellu jasal il-​Messija? Ma nafux. Il-​verità hi li fi żmien Ġesù kien hemm ħafna interpretazzjonijiet differenti dwar il-​profezija tas-​70 ġimgħa, u l-​ebda waħda minnhom mhi simili għal kif nifhmuha llum il-​ġurnata.c

L-​Esseni, li ħafna jaħsbu li kienu setta Lhudija li għexet fid-​deżert, għallmu li żewġ Messiji kienu se jidhru lejn tmiem l-​490 sena. Imma ma nistgħux inkunu ċerti li użaw il-​profezija taʼ Danjel biex jagħmlu l-​kalkoli tagħhom. Anke jekk użawha, ma tantx hu probabbli li l-​ideat taʼ grupp tant iżolat kienu se jinfluwenzaw lil ħafna Lhud oħra.

Fit-​tieni seklu EK, ċerti Lhud emmnu li s-​70 ġimgħa koprew perijodu mill-​qerda tal-​ewwel tempju fis-​sena 607 QEK sal-​qerda tat-​tieni tempju fis-​sena 70 EK. Oħrajn ħasbu li l-​profezija twettqet matul iż-​żmien tal-​Makkabin fit-​tieni seklu QEK. Għalhekk, il-​Lhud ma kinux jaqblu bejniethom dwar kif kellhom jikkalkulaw is-​70 ġimgħa.

Li kieku l-​appostli u Kristjani oħra tal-​bidu kienu fehmu sew il-​profezija dwar is-​70 ġimgħa, konna nistennew li jsemmu din il-​profezija bħala prova li Ġesù Kristu kien il-​Messija u li kien wasal eżatt fil-​ħin. Però, m’hemm l-​ebda evidenza li l-​Kristjani tal-​bidu għamlu hekk.

Hemm xi ħaġ’oħra li hi taʼ min jinnotaha. Il-​kittieba tal-​Evanġelji spiss ġibdu l-​attenzjoni lejn il-​fatt li ċerti profeziji mill-​Iskrittura Ebrajka twettqu permezz taʼ Ġesù Kristu. (Mt. 1:22, 23; 2:13-​15; 4:13-​16) Imma ħadd minnhom ma jagħmel rabta bejn id-​dehra taʼ Ġesù fuq l-​art u l-​profezija tas-​70 ġimgħa.

Fi ftit kliem: Ma nistgħux nikkonfermaw jekk in-​nies fi żmien Ġesù fehmux b’mod korrett il-​profezija tas-​70 ġimgħa. Madanakollu, bħalma rajna, l-​Evanġelji jagħtu raġunijiet sodi għala n-​nies kienu qed “jistennew” lill-​Messija.

a Il-​Bibbja ma tgħidx li l-​anġli kantaw meta twieled Ġesù.

b Għandna mnejn nistaqsu, L-​astrologi kif għamlu konnessjoni bejn il-​“kewkba” li dehret fil-​Lvant u t-​twelid tas-​“sultan tal-​Lhud”? Jistaʼ jkun li semgħu dwar it-​twelid taʼ Ġesù meta kienu qed jivvjaġġaw minn ġo Iżrael?

c Għall-​fehma kurrenti tagħna dwar il-​profezija tas-​70 ġimgħa, ara l-​ktieb Oqgħod Attent għall-​Profezija taʼ Danjel! kapitlu 11.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja