LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 6/15 p. 7
  • Mistoqsijiet mill-qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Materjal Simili
  • It-Tama taʼ l-Irxoxt Għandha l-Qawwa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • “Kif Se Jiġu Mqajmin il-​Mejtin?”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Irxoxt—Għal Min, u Fejn?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • ‘Il-Mewt Se Tiġi Meqruda’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 6/15 p. 7
Qed jilqgħu lil uħud irxoxtati fil-Ġenna tal-art

MISTOQSIJIET MILL-​QARREJJA

Hija l-​kremazzjoni xierqa għall-​Kristjani?

L-​Iskrittura ma ssemmi l-​ebda oġġezzjoni bażika għall-​prattika tal-​kremazzjoni.

Hemm rakkonti Bibliċi li jsemmu li l-​iġsma jew l-​għadam tan-​nies ġew maħruqin. (Ġoż. 7:25; 2 Kron. 34:4, 5) Dan setaʼ indika li dawn in-​nies ma kienx ħaqqhom difna deċenti. Imma meta iġsma mejtin kienu jiġu maħruqin mhux dejjem kien ifisser hekk.

Nistgħu naraw dan mir-​rakkont tal-​mewt tas-​Sultan Sawl u t-​tliet uliedu subien. L-​erbgħa li huma mietu meta kienu qed jiġġieldu kontra l-​Filistin. Wieħed mill-​ulied kien Ġonatan, il-​ħabib tal-​qalb taʼ David u li kien jappoġġah lealment. Meta Iżraelin qalbenin li kienu jgħixu f’Ġabes-​gilegħad saru jafu x’ġara, ħadu l-​erbaʼ iġsma, ħarquhom, u mbagħad difnu l-​għadam. Iktar tard, David faħħar lil dawn l-​Iżraelin għal dak li għamlu.—1 Sam. 31:2, 8-​13; 2 Sam. 2:4-​6.

It-​tama Skritturali għall-​mejtin hi l-​irxoxt—li Alla jerġaʼ jagħti l-​ħajja lill-​persuna. Kemm jekk il-​persuna mejta tiġi kremata u kemm jekk le, Ġeħova għandu l-​abbiltà li jerġaʼ jagħti l-​ħajja lill-​persuna b’ġisem ġdid. It-​tliet Ebrej leali li ffaċċjaw il-​mewt f’forn tan-​nar bħalma kien ordna s-​Sultan Nebukadnessar ma kellhomx għalfejn jibżgħu li jekk jinqerdu bin-​nar, Alla ma setax jirxoxtahom. (Dan. 3:16-​18) Dan hu minnu wkoll għall-​qaddejja leali taʼ Ġeħova li ffaċċjaw il-​mewt u l-​kremazzjoni fil-​kampijiet tal-​konċentrament tan-​Nazi. Diversi qaddejja leali t’Alla mietu fi splużjonijiet jew b’xi mod ieħor li ma ħalla xejn minnhom. Xorta waħda, l-​irxoxt tagħhom hu ċert.—Riv. 20:13.

Ġeħova m’għandux għalfejn jgħaqqad flimkien il-​ġisem li kellu individwu sabiex ikun jistaʼ jirxoxtah. Dan jidher mill-​fatt li Alla jirxoxta lill-​Kristjani midlukin għall-​ħajja fis-​sema. Bħal Ġesù, li “ngħata l-​ħajja fl-​ispirtu,” il-​Kristjani midlukin jiġu rxoxtati bħala l-​istess persuna imma b’ġisem bħal tal-​anġli. Ebda parti mill-​ġisem fiżiku li kellhom ma jmur magħhom fis-​sema.—1 Pt. 3:18; 1 Kor. 15:42-​53; 1 Ġw. 3:2.

It-​tama tagħna fl-​irxoxt mhijiex ibbażata fuq xi jsir mill-​ġisem fiżiku, imma fuq il-​fidi fl-​abbiltà u x-​xewqa t’Alla biex iwettaq il-​wegħdi tiegħu. (Atti 24:15) Veru, jistaʼ jkun li ma nifhmux għalkollox kif Alla wettaq il-​miraklu tal-​irxoxt fil-​passat jew kif se jagħmel dan fil-​futur. Xorta waħda, aħna nafdaw f’Ġeħova. Hu ta “garanzija” billi rxoxta lil Ġesù.—Atti 17:31; Lq. 24:2, 3.

Il-​Kristjani jagħmlu tajjeb li jikkunsidraw x’inhuma d-​drawwiet soċjali, l-​opinjonijiet lokali, u l-​ħtiġijiet legali rigward x’għandu jsir mill-​iġsma mejta. (2 Kor. 6:3, 4) Imbagħad, jekk issirx kremazzjoni tal-​ġisem taʼ persuna mejta jew le hi deċiżjoni persunali jew tal-​familja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja