LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 3/1 p. 12
  • Kont taf?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kont taf?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Materjal Simili
  • Ġakobb Apprezza l-Valuri Spiritwali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Ġakobb Imur Ħaran
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Jitħejjew il-ġnus għat-“tagħlim ta’ Ġeħova”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Il-Kristjanità tal-Bidu u l-Istat
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 3/1 p. 12

KONT TAF?

Iċ-​ċittadinanza Rumana kif kienet taʼ vantaġġ għall-​appostlu Pawlu?

L-​appostlu Pawlu jappella għal quddiem Ċesari

Pawlu ddikjara: “Nappella għal quddiem Ċesari!”

Iċ-​ċittadinanza Rumana intitolat lil individwu għal ċerti drittijiet u privileġġi kull fejn mar fl-​imperu. Ċittadin Ruman kien suġġett għal-​liġi Rumana, mhux għal-​liġijiet tal-​bliet provinċjali. Meta kien jiġi akkużat, hu setaʼ jaqbel li jgħaddi ġuri skont il-​liġi lokali, però xorta kellu d-​dritt li jinstemaʼ minn tribunal Ruman. Fil-​każ li s-​sentenza involviet il-​kastig tal-​mewt, hu kellu d-​dritt li jappella għal quddiem l-​imperatur.

Fuq il-​bażi taʼ drittijiet bħal dawn, Ċiċerun, politiku Ruman tal-​ewwel seklu QK, qal: “Ikun kontra l-​liġi li torbot ċittadin Ruman; li tifflaġellah ikun ħażin; li toqtlu jkun kważi parriċidju,” jiġifieri, bħallikieku toqtol lil ġenitur jew lil qarib.

L-​appostlu Pawlu pprietka f’ħafna postijiet fl-​Imperu Ruman. Hu uża d-​drittijiet tiegħu bħala ċittadin Ruman fi tliet okkażjonijiet dokumentati: (1) Hu informa lill-​maġistrati Filippin li huma kienu kisru d-​drittijiet tiegħu meta fflaġellawh. (2) Kixef l-​istatus tiegħu biex jevita li jiġi flaġellat f’Ġerusalemm. (3) Appella l-​każ tiegħu għal quddiem Ċesari, l-​imperatur f’Ruma, sabiex jinstemaʼ direttament minnu.—Atti 16:37-​39; 22:25-​28; 25:10-​12.

Kif kienu jitħallsu r-​ragħajja fiż-​żminijiet Bibliċi?

Kuntratt antik għax-​xiri taʼ nagħaġ u mogħoż

Kuntratt kunejformi għax-​xiri tan-​nagħaġ u l-​mogħoż, madwar is-​sena 2050 QK

Il-​patrijarka Ġakobb ragħa l-​imrieħel taʼ zijuh Laban għal 20 sena. Ġakobb ħadem l-​ewwel 14-​il sena biex jiżżewweġ liż-​żewġt ibniet taʼ Laban, u għas-​sitt snin li kien fadal, hu tħallas bin-​nagħaġ. (Ġenesi 30:25-​33) “Il-​ftehim mar-​ragħajja bħal dak taʼ bejn Laban u Ġakobb,” tgħid ir-​rivista Biblical Archaeology Review, “kien familjari mal-​kittieba tal-​qedem u l-​qarrejja tal-​kitba Biblika.”

Kuntratti antiki li nstabu mirdumin f’Nuzi, Larsa, u siti oħrajn fl-​Iraq modern juru ftehim bħal dan. Kuntratt tipiku kien validu għal sena minn meta jsir il-​ġeżż tan-​nagħaġ. Ir-​ragħajja kienu jaċċettaw ir-​responsabbiltà li jieħdu ħsieb numru speċifiku taʼ annimali mniżżlin skont l-​età u s-​sess. Sena wara, is-​sid irċieva ammont minimu miftiehem minn qabel taʼ suf, prodotti tal-​ħalib, ħrief, u affarijiet oħra. Kwalunkwe ħaġa li kien jifdal kien jiħodha r-​ragħaj.

Iż-​żieda fid-​daqs tal-​merħla kienet tiddependi min-​numru taʼ nagħaġ nisa fdati lil ragħaj. Ġeneralment kien ikun mistenni li 100 nagħġa jipproduċu 80 ħaruf ħaj. Ir-​ragħaj kellu jagħmel tajjeb jekk kien ikun hemm inqas ħrief jew nagħaġ. B’hekk, kellu għal xiex jieħu ħsieb tajjeb l-​annimali fdati lilu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja