LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 7/1 p. 3
  • Ansjetajiet kullimkien!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ansjetajiet kullimkien!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Materjal Simili
  • Ansjetà dwar il-periklu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Kif nistaʼ nkampa mal-ansjetà?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Itfgħu l-​ansjetà kollha tagħkom fuq Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Ansjetà dwar il-familja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 7/1 p. 3

SUĠĠETT PRINĊIPALI | KIF TITTRATTA MAL-ANSJETÀ

Ansjetajiet Kullimkien!

“Mort nixtri l-​ikel imma sibt biss gallettini—għal 10,000 darba l-​prezz normali! L-​għada, il-​ħwienet ma kellhom xejn ikel.”—Paul, iż-​Żimbabwe.

“Żewġi poġġieni bilqiegħda u qal li kien se jitlaqna. Kif stajt inġerragħ dan it-​tradiment? X’kien se jsir minnhom uliedi?”—Janet, l-​Istati Uniti.

“Meta jibdew idoqqu s-​sireni, insib fejn nistkenn u nibqaʼ mal-​art waqt li jisplodu r-​rokits. Idejja jkunu għadhom jirtogħdu sa sigħat wara.”—Alona, l-​Iżrael.

Raġel ansjuż dwar il-gwerer, il-faqar, il-mard, u l-problemi tal-ħajja

Ngħixu fi żmien taʼ ansjetà, “żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom.” (2 Timotju 3:1) Ħafna ma jafux fejn se jaqbdu jagħtu rashom minħabba kriżijiet finanzjarji, tkissir taʼ familji, gwerer, epidemiji qattelin, u diżastri naturali jew dawk ikkaġunati mill-​bniedem. Żid maʼ dan varjetà taʼ inkwiet persunali: ‘Tgħid il-​boċċa li sibt f’ġismi se tiżviluppa f’xi kanċer?’ ‘X’tip taʼ dinja se jitrabbew fiha t-​tfal tat-​tfal?’

Mhux l-​ansjetà kollha hi ħażina. Hu naturali li tħossok stressat qabel xi eżami, qabel ma tkun se ddoqq xi strument quddiem in-​nies, jew qabel intervista għax-​xogħol. U ċertu biżaʼ mill-​periklu jgħinek tevita l-​ħsara. Imma ansjetà estrema jew dejjiema hi qerrieda. Serje taʼ studji reċenti taʼ iżjed minn 68,000 adult urew li anki ftit ansjetà żżid ir-​riskju tal-​mewt qabel iż-​żmien. Mela Ġesù kellu raġun meta staqsa: “Min minnkom billi jkun ansjuż jistaʼ jtawwal għomru mqar bi ftit?” Tabilħaqq, l-​inkwiet ma jtawwal il-​ħajja taʼ ħadd. Għalhekk, Ġesù ta l-​parir: “Tibqgħux tkunu ansjużi.” (Mattew 6:25, 27) Imma dan kif jistaʼ jkun possibbli?

It-​tweġiba tinvolvi li tapplika l-​għerf prattiku, trawwem fidi vera f’Alla, u tibni tama li tistaʼ toqgħod fuqha għall-​futur. Anki jekk ma nħabbtux wiċċna maʼ ċirkustanzi xejn sbieħ issa, dan jistaʼ jiġri fil-​futur. Għalhekk, ejja naraw kif dawn il-​passi li ġejjin għenu lil Paul, lil Janet, u lil Alona jittrattaw mal-​ansjetà.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja