LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 11/1 p. 9
  • Kont taf?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kont taf?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Materjal Simili
  • Qtil waqt ċelebrazzjoni t’għeluq is-snin
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • “It-Tagħlim Dwar Dak li Jgħid Ġeħova Kompla Jinfirex”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
  • Irġiel Gwidati Minn Kewkba
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Qtil Waqt Festa taʼ Egħluq is-Snin
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 11/1 p. 9

KONT TAF?

Liema sfidi ffaċċja Erodi biex jibni mill-​ġdid it-​tempju f’Ġerusalemm?

Oriġinalment, Salamun waqqaf it-​tempju taʼ Ġerusalemm fuq għolja u bena ħitan taʼ lqugħ fuq in-​naħa tal-​Lvant u l-​Punent tal-​għolja sabiex joħloq terrazzini madwar l-​istruttura sagra. Erodi ried tempju iżjed manjifiku minn dak taʼ Salamun, allura beda jbiddel u jkabbar dak eżistenti.

Interpretazzjoni taʼ artist tat-tempju u l-ħajt taʼ madwaru

L-​inġiniera taʼ Erodi kabbru l-​witja lejn it-​Tramuntana tat-​tempju sabiex jitkabbru t-​terrazzini hemmhekk. Lejn in-​Nofsinhar, it-​terrazzin ġie estiż bi 32 metru. Biex jagħmel dan, inbniet serje taʼ ħnejja tal-​knaten u ħajt taʼ lqugħ wiesaʼ. F’xi partijiet, dan il-​ħajt kien għoli 50 metru.

Erodi pprova ma jweġġax is-​sentimenti tal-​Lhud jew jinterrompi s-​servizzi u s-​sagrifiċċji tat-​tempju. L-​istorjografu Lhudi Ġużeppi Flavju jgħid li Erodi saħansitra ħarreġ qassisin Lhud bħala bennejja u mastrudaxxi biex l-​ebda ħaddiem mhux awtorizzat ma jidħol fil-​postijiet sagri.

Erodi miet qabel ma tlesta l-​proġett. Sas-​sena 30 WK, ix-​xogħol tal-​bini mill-​ġdid kien ilu għaddej 46 sena. (Ġwanni 2:20) Ix-​xogħol tlesta f’nofs l-​ewwel seklu WK minn Agrippa II, li bużnannuh kien Erodi.

In-nies ta’ Malta għala ħasbu li l-appostlu Pawlu kien qattiel?

L-alla mara tal-ġustizzja ssawwat lill-alla mara tal-inġustizzja

L-alla mara tal-ġustizzja (xellug) ssawwat l-alla mara tal-inġustizzja

Xi wħud min-nies ta’ Malta setgħu kienu influwenzati minn ideat tar-reliġjon Griega. Ikkunsidra x’ġara wara n-nawfraġju ta’ Pawlu f’Malta, bħalma hu rrakkontat fil-ktieb tal-Atti. Meta l-appostlu poġġa qabda ħatab fuq in-nar li kien tqabbad biex sħabu n-nawfraganti ma jħossux bard, lifgħa qabdet ma’ idu. Meta ġara dan, in-nies tal-gżira qalu: “Żgur li dan ir-raġel hu xi qattiel, għax għalkemm salva mill-għarqa, il-ġustizzja pattithielu u ma ħallitux jibqa’ jgħix.”—Atti 28:4.

It-terminu bil-Grieg hawn għal “Ġustizzja” hu “dike.” Il-kelma tista’ tfisser ġustizzja f’sens astratt. Madankollu, fil-mitoloġija Griega, Dike kien l-isem tal-alla mara tal-ġustizzja. Kien maħsub li hi indokrat l-affarijiet tal-bniedem u rrapportat inġustizzji li ma kinux inkixfu lil Żews, sabiex il-ħatja jiġu kkastigati. B’hekk, skont sors wieħed, ir-residenti ta’ Malta forsi kienu qed jaħsbu: “Għalkemm Pawlu ħarab mill-baħar, hu raġel immarkat li issa ngħeleb mill-alla mara Dike . . . permezz tal-lifgħa.” In-nies bidlu ħsiebhom meta sar evidenti li Pawlu ma kienx weġġa’.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja