LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/96 p. 4
  • Servizz Fi Tmiem Il-Ġimgħa Bħala Familja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Servizz Fi Tmiem Il-Ġimgħa Bħala Familja
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 4/96 p. 4

Servizz Fi Tmiem Il-​Ġimgħa Bħala Familja

Ġożwè, ir-​raġel leali tal-​qedem, stqarr: “Inkwantu għalija u għal taʼ dari, aħna se naqdu lil Jehovah.” (Ġożwè 24:​14, 15) Determinazzjoni bħal din kienet assolutament neċessarja għal Ġożwè u għall-​familja tiegħu biex jirreżistu l-​pressjonijiet kontra l-​qima vera f’Kangħan. Is-​servizz tagħhom bla dubju pprovda protezzjoni effettiva kontra dawn il-​pressjonijiet u għenhom biex iżommu l-​fidi u l-​integrità tagħhom.

Illum aħna wkoll ngħixu taħt pressjoni kbira. Bħal fil-​każ taʼ Ġożwè, nistgħu nipproteġu lilna nfusna billi nżommu ruħna okkupati fis-​servizz taʼ Jehovah. Il-​ministeru taʼ l-​għalqa jifforma parti kbira mill-​qima tagħna, u aħna niġu lkoll inkuraġġiti biex nieħdu sehem f’dan bħala familji. (Eb. 13:15) Bħal Ġożwè, il-​kapijiet tal-​familja jistgħu jagħmlu ferm biex jippromwovu l-​unità fil-​familja u s-​saħħa spiritwali billi jaħdmu fis-​servizz taʼ l-​għalqa maʼ kull membru tal-​familja tagħhom. (Prov. 22:6) Familja ddedikata li tappoġġja l-​attività taʼ l-​għalqa fi tmiem il-​ġimgħa ġġib ferm tifħir lil Jehovah. Aħna ħenjin li hemm ħafna familji fil-​kongregazzjonijiet taʼ Malta u aħna ċerti li kulħadd se jibbenefika ħafna billi jappoġġja l-​arranġamenti tas-​servizz taʼ l-​għalqa fi tmiem il-​ġimgħa, jekk dan ikun possibbli.​—Jekk jogħġbok iċċekkja km 6/90, paġna 8, u km 10/87, paġna 1.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja