LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/96 p. 7
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 8/96 p. 7

Avviżi

◼ L-​offerta tal-​letteratura għal Awissu: Kwalunkwe wieħed mill-​brochures taʼ 32 paġna li ġejjin: Veru Li Alla Jimpurtah Minna?, Gawdi l-​Ħajja fuq l-​Art Għal Dejjem!, “Ħares! Qed Nagħmel l-​Affarijiet Kollha Ġodda,” Għandek Int Temmen fit-​Trinità?, X’Inhu L-​Iskop Tal-​Ħajja? Kif Tistaʼ Ssibu?, u Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut. Fejn huwa xieraq, jistgħu jiġu offruti brochures oħrajn. Settembru: Life​—How Did It Get Here? By Evolution or by Crea­tion? jew Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art. Ottubru: Kopji individwali kemm taʼ It-​Torri Taʼ L-​Għassa bil-​Malti u bl-​Ingliż u kemm taʼ l-​Awake! Novembru: Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem. Se jsir sforz speċjali biex immorru lura kulfejn inkunu ħallejna xi ħaġa, bil-​mira li nibdew studji tal-​Bibbja fid-​dar.

◼ Provista adegwata taʼ formoli għall-​użu matul is-​sena taʼ servizz 1997 qiegħda tintbagħat lil kull kongregazzjoni. Jekk jogħġobkom użaw dawn il-​formoli bil-​għaqal. Għandhom jiġu wżati biss għall-​iskop li għalih ġew magħmulin.

◼ Kull kongregazzjoni se tirċievi tliet formoli taʼ l-​Inventarju tal-​Letteratura (S(d)-18). Is-​segretarju tal-​kongregazzjoni għandu jiltaqaʼ fil-​bidu t’Awissu mal-​ħu inkarigat mil-​letteratura u jiffissa data biex isir inventarju tal-​provista tal-​letteratura tal-​kongregazzjoni fl-​aħħar tax-​xahar. Trid tingħadd kull biċċa letteratura li hemm fil-​provista, u t-​totali għandhom jinkitbu fil-​formola taʼ l-​Inventarju tal-​Letteratura. L-​ammont totali taʼ rivisti disponibbli jistaʼ jinkiseb mill-​ħu inkarigat mir-​rivisti. Jekk jogħġobkom ibagħtu l-​oriġinal bil-​posta lis-​Soċjetà mhux iktar tard mis-​6 taʼ Settembru. Żommu kopja għall-​files tagħkom. It-​tielet kopja tistaʼ tiġi wżata biex taħdmu fuqha. Is-​segretarju għandu jieħu ħsieb li l-​inventarju jsir sewwa u l-​formola mimlija għandha tiġi ċċekkjata mill-​indokratur li jippresiedi. Is-​segretarju u l-​indokratur li jippresiedi mbagħad jiffirmaw il-​formola.

◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jibdew jitolbu n-​1997 Calendar of Jehovah’s Witnesses mat-​talba għal-​letteratura taʼ Settembru. Il-​kalendarji se jkunu disponibbli biċ-​Ċiniż, bil-​Franċiż, bil-​Ġappuniż, bil-​Ġermaniż, bil-​Grieg, bl-​Ingliż, bl-​Ispanjol, bil-​Pollakk, bil-​Portugiż, bir-​Russu, bit-​Taljan, u bit-​Tork.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja