Għoti taʼ Xiehda fil-Portijiet
Flimkien maʼ l-informazzjoni mogħtija f’din l-insert, tixtieq int tieħu sehem fix-xogħol li qiegħed isir taʼ għoti taʼ xiehda f’port? Fil-waqt li lkoll kemm aħna nistgħu nagħtu xiehda b’mod informali f’ħafna okkażjonijiet u fil-biċċa l-kbira tal-postijiet, hemm ħafna raġunijiet għala l-ministeru tagħna fil-portijiet għandu jiġi rranġat b’mod organizzat. (1 Kor. 14:40) Għandu jiġi maħtur mis-Soċjetà koordinatur tal-port. Jekk int interessat f’li tieħu sehem f’li tippriedka f’dan il-qasam eċċitanti, għala ma tgħidx lill-indokratur tas-circuit tiegħek? Jekk tiġi aċċettat mill-kumitat tas-servizz tal-kongregazzjoni tiegħek, forsi tkun tistaʼ tgħin lill-koordinatur tal-port biex jiżviluppa iktar ix-xogħol importanti taʼ li nagħmlu dixxipli.—Matt. 28:19, 20.