LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/97 p. 1
  • Nagħmlu Kollox “B’Ħeġġa Akbar”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nagħmlu Kollox “B’Ħeġġa Akbar”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Materjal Simili
  • “Oqogħdu Attenti X’Tip taʼ Persuni Għandkom Tkunu!”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Int Tistaʼ Tkun Ferħan Meta Tagħmel l-Aħjar Tiegħek għal Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Qed twettaq bis-sħiħ is-servizz tiegħek lil Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Inwettqu d-Dedikazzjoni Tagħna “Jum Wara Jum”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1997
km 6/97 p. 1

Nagħmlu Kollox “B’Ħeġġa Akbar”

1 Meta ddedikajna lilna nfusna lil Jehovah, għamilna wegħda li nagħtuh l-​aħjar tagħna. B’mod xieraq, l-​appostlu Pietru inkuraġġixxa lill-​Kristjani taʼ l-​ewwel seklu biex b’ħeġġa akbar ifittxu li jsaħħu l-​waqfa tagħhom quddiem Jehovah. (2 Piet. 1:​10) Aħna ċertament li rridu nagħmlu kollox b’ħeġġa akbar biex nogħġbu lil Jehovah f’li naqduh illum. Dan x’jinvolvi? Hekk kif ir-​relazzjoni tagħna maʼ Jehovah tissaħħaħ u aħna nimmeditaw fuq dak kollu li hu għamel għalina, qalbna tqanqalna biex f’kull mument nagħmlu ħilitna kollha fis-​servizz tiegħu. Irridu ntejbu l-​kwalità u, fejn hu possibbli, nagħmlu iktar fil-​ministeru tagħna.​—Salm 34:8; 2 Tim. 2:​15.

2 Ħu żagħżugħ li xtaq jagħmel iktar fil-​ministeru sab li studju regulari tal-​Kelma t’Alla saħħaħ l-​apprezzament tiegħu għal Jehovah u nissel ġewwa fih żelu akbar. Dan qanqlu biex japplika għas-​servizz taʼ pijunier. Oħt li sabitha iebsa biex titkellem maʼ barranin ipprattikat xi ftit mill-​introduzzjonijiet fil-​ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-​Bibbja u malajr bdiet tgawdi iktar suċċess fil-​ministeru tagħha. Din irnexxielha tikkonduċi studju tal-​Bibbja maʼ koppja miżżewġa li aċċettat il-​verità.

3 Ifraħ B’Dak Li Tistaʼ Tagħmel: Xi wħud minna jesperjenzaw ċirkostanzi diffiċli bħalma huma n-​nuqqas taʼ saħħa, oppożizzjoni mill-​familja, faqar, jew apatija fit-​territorju. Ħafna problemi oħrajn li huma komuni f’dawn l-​aħħar jiem jistgħu jxekklu s-​servizz tagħna. (Luqa 21:​34, ntt. fin-​NW; 2 Tim. 3:1) Ifisser dan li fallejna fid-​dedikazzjoni tagħna lil Jehovah? Mhux jekk qegħdin naqduh b’ħilitna kollha.

4 M’huwiex għaqli li niġġudikaw lilna nfusna skond x’jistgħu jagħmlu oħrajn. Minflok, l-​Iskrittura tinkuraġġina biex ‘ngħarblu għemilna.’ Meta noffru lilna nfusna bis-​sħiħ safejn personalment nistgħu, inkunu qegħdin nogħġbu lil Jehovah u jkollna biex ‘niftaħru bina nfusna.’​—Gal. 6:4; Kol. 3:​23, 24.

5 Jalla nagħtu kas il-​kliem taʼ Pietru biex ‘inqisu li jsibna fis-​sliem, bla tebgħa u bla dnub.’ (2 Piet. 3:​14) B’dak l-​ispirtu se nħossuna protetti u dan se jġibilna l-​paċi tal-​moħħ li Jehovah biss jistaʼ jagħti.​—Salm 4:8.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja