LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/97 p. 7
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1997
Il-Ministeru tas-Saltna—1997
km 8/97 p. 7

Avviżi

◼ Offerta tal-​letteratura għal Awissu: Kwalunkwe wieħed mill-​brochures li ġejjin taʼ 32 paġna: Gawdi l-​Ħajja fuq l-​Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-​Trinità?, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, Veru Li Alla Jimpurtah Minna?, u X’Inhu L-​Iskop Tal-​Ħajja?​—Kif Tistaʼ Ssibu? Settembru: Is-​Sigriet Taʼ L-​Hena Fil-​Familja. Ottubru: Kopji individwali taʼ It-​Torri Taʼ L-​Għassa u Stenbaħ! bil-​Malti u bl-​Ingliż. Billi nibdew mill-​aħħar parti tax-​xahar, se nqassmu l-​Kingdom News Nru. 35. Novembru: Ikompli t-​tqassim tal-​Kingdom News Nru. 35. Il-​kongregazzjonijiet li jlestu t-​territorju tagħhom billi jilħqu lill-​inkwilini f’kull dar u abitazzjoni b’kopja tal-​Kingdom News Nru. 35 jistgħu joffru l-​ktieb Għarfien.

◼ F’kull komunità f’diversi żminijiet matul is-​sena, ikun hemm btajjel dinjin fejn it-​tfal ikunu eżenti mill-​iskola u oħrajn mix-​xogħol sekulari. Dawn jipprovdu opportunitajiet eċċellenti għall-​kongregazzjoni biex ikollha iktar sehem fil-​ministeru taʼ l-​għalqa. L-​anzjani għandhom jaraw minn qabel meta se jinzertaw dawn l-​okkażjonijiet u jgħarrfu lill-​kongregazzjoni minn kmieni biżżejjed dwar l-​arranġamenti li se jsiru għall-​għoti taʼ xiehda bħala grupp matul il-​perijodi tal-​btajjel.

◼ Provista adegwata taʼ formoli għall-​użu matul is-​sena taʼ servizz 1998 qiegħda tintbagħat lil kull kongregazzjoni. Jekk jogħġobkom użaw dawn il-​formoli bil-​għaqal. Għandhom jiġu wżati biss għall-​iskop li għalih ġew magħmulin.

◼ Kull kongregazzjoni se tirċievi tliet formoli taʼ l-​Inventarju tal-​Letteratura (S(d)-18). Is-​segretarju tal-​kongregazzjoni għandu jiltaqaʼ fil-​bidu t’Awissu mal-​ħu inkarigat mil-​letteratura u jiffissa data biex isir inventarju tal-​provista tal-​letteratura tal-​kongregazzjoni fl-​aħħar tax-​xahar. Trid tingħadd kull biċċa letteratura li hemm maħżuna, u t-​totali għandhom jinkitbu fil-​formola taʼ l-​Inventarju tal-​Letteratura. L-​ammont totali taʼ rivisti disponibbli jistaʼ jinkiseb mill-​ħu inkarigat mir-​rivisti. Jekk jogħġobkom ibagħtu l-​oriġinali bil-​posta lis-​Soċjetà mhux iktar tard mis-​6 taʼ Settembru. Żommu kopja għall-​files tagħkom. It-​tielet kopja tistaʼ tintuża biex taħdmu fuqha. Is-​segretarju għandu jieħu ħsieb li l-​inventarju jsir sewwa, u l-​formola mimlija għandha tiġi ċċekkjata mill-​indokratur li jippresiedi. Is-​segretarju u l-​indokratur li jippresiedi mbagħad jiffirmaw il-​formola.

◼ Il-​kongregazzjonijiet għandhom jibdew jitolbu n-​1998 Calendar of Jehovah’s Witnesses mat-​talba għal-​letteratura taʼ Settembru. Il-​kalendarji se jkunu disponibbli biċ-​Ċiniż, bil-​Franċiż, bil-​Ġappuniż, bil-​Ġermaniż, bil-​Grieg, bl-​Ingliż, bl-​Ispanjol, bil-​Kroat, bil-​Pollakk, bil-​Portugiż, bir-​Russu, bit-​Taljan, bit-​Tamil u bit-​Tork.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja