Avviżi
◼ Offerta tal-letteratura għal April u Mejju: Kopji individwali taʼ It-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Ġunju: L-Aqwa Bniedem Li Qatt Għex, jew Magħqudin fil-Qima, jekk għad hemm xi ftit maħżunin. Lulju u Awissu: Kwalunkwe wieħed mill-browxers taʼ 32 paġna li ġejjin jistgħu jintużaw: Veru li Alla Jimpurtah Minna?, Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-Trinità?, X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, u Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut. Il-browxer Ktieb Għan-Nies Kollha jistaʼ jiġi offrut fejn ikun xieraq.
◼ Meta jkunu qed jaħdmu territorju mhux assenjat, il-pubblikaturi jistgħu joffru l-ktieb Għarfien jew il-browxer X’Jirrikjedi. Kwalunkwe pubblikazzjoni oħra tistaʼ tiġi offruta jekk l-inkwilin diġà għandu dawn iż-żewġ pubblikazzjonijiet. Ilkoll għandna nġorru varjetà taʼ fuljetti għal meta ma nsibux nies id-dar jew meta jkun hemm xi individwi li ma jaċċettawx letteratura. Kwalunkwe Aħbar tas-Saltna Nru. 35 li għad għandhom il-pubblikaturi jew il-kongregazzjonijiet iridu jitħallew maʼ l-inkwilini. Iridu jsiru sforzi sabiex jiġi segwit l-interess, speċjalment fejn territorji mhux assenjati għandhom mnejn jinħadmu minn pijunieri speċjali jew huma aċċessibbli għal kongregazzjonijiet fil-viċin.
◼ B’ħames Sibtijiet u Ħdud, ix-xahar taʼ Mejju huwa żmien konvenjenti għal ħafna biex jagħmlu x-xogħol taʼ pijunier awżiljarju.
◼ Fiż-żmien xieraq il-beġġ kards tal-konvenzjoni għall-1998 se jkunu awtomatikament inklużi maʼ letteratura li tasal bil-baħar. Mhux se jkun hemm bżonn li dawn jiġu rikjesti. Jekk il-kongregazzjonijiet ikollhom bżonn iktar beġġ kards, dawn għandhom jiġu rikjesti fuq il-Literature Request Form (S-14). Huwa neċessarju li jiġi rikjest il-plastik fejn jinżammu l-beġġ kards għal dawk kollha fil-kongregazzjoni li jixtiquh.