Aħbarijiet Teokratiċi
◼ Il-pajjiżi taʼ l-Afrika tal-Punent, il-Benin, il-Kamerun, il-Kosta taʼ l-Avorju, il-Gana, il-Liberja, u n-Niġerja kollha kemm huma laħqu quċċata ġdida taʼ pubblikaturi fi Frar.
◼ Ħafna refuġjati kienu u għadhom jirritornaw lejn il-Liberja, u hemm ġuħ veru għall-verità f’dak il-pajjiż. Il-quċċata tagħhom għal Frar taʼ 2,286 pubblikatur irrapportat 6,277 studju tal-Bibbja fid-dar.
◼ Il-Makaw kellu żjieda taʼ pubblikaturi taʼ 16 fil-mija iktar mill-medja tas-sena l-oħra, b’135 jirrapportaw fi Frar.
◼ Mill-Paċifiku tan-Nofsinhar, il-Fiġi, il-Gżejjer Solomon, u t-Taħiti kollha kemm huma rrapportaw quċċata ġdida taʼ pubblikaturi fi Frar.
◼ Il-gżira tal-Madagaskar laħqet quċċata ġdida taʼ 9,484 pubblikatur, li kienet żjieda taʼ 14 fil-mija iktar mill-medja tas-sena l-oħra. Irrapportaw ukoll ’il fuq minn 20,000 studju tal-Bibbja fid-dar fi Frar.