LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/98 p. 7
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 8/98 p. 7

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Veru li Alla Jimpurtah Minna?, Gawdi l-​Ħajja fuq l-​Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-​Trinità?, X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja​—Kif Tistaʼ Ssibu?, u Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut. Il-​browxer Ktieb għan-​Nies Kollha jistaʼ jiġi offrut fejn ikun xieraq. Settembru: Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem. Ottubru: Kopji individwali taʼ It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ!

◼ Qiegħda tintbagħat provista adegwata taʼ formoli għall-​użu matul is-​sena taʼ servizz 1999 lil kull kongregazzjoni. Jekk jogħġobkom użaw dawn il-​formoli bil-​għaqal. Għandhom jintużaw biss għall-​iskop intenzjonat għalihom.

◼ Kull kongregazzjoni se tirċievi tliet formoli taʼ l-​Inventarju tal-​Letteratura (S(d)-18). Is-​segretarju tal-​kongregazzjoni għandu jiltaqaʼ mal-​ħu inkarigat mil-​letteratura kmieni f’Awissu u jiffissa data biex isir inventarju tal-​ħażna tal-​letteratura tal-​kongregazzjoni fl-​aħħar tax-​xahar. Trid tingħadd il-​letteratura kollha maħżuna, u t-​totali jridu jitniżżlu fil-​formola taʼ l-​Inventarju tal-​Letteratura. L-​ammont totali taʼ rivisti disponibbli jistaʼ jinkiseb mill-​ħu inkarigat mir-​rivisti. Jekk jogħġobkom ibagħtu l-​oriġinal bil-​posta lis-​Soċjetà mhux iktar tard mis-​6 taʼ Settembru. Żommu kopja għall-​fajls tagħkom. It-​tielet kopja tistaʼ tintuża bħala karta biex taħdmu fuqha. Is-​segretarju għandu jieħu ħsieb li l-​inventarju jsir sewwa, u l-​formola mimlija għandha tiġi ċċekkjata mill-​indokratur li jippresiedi. Is-​segretarju u l-​indokratur li jippresiedi mbagħad jiffirmaw il-​formola.

◼ Il-​kongregazzjonijiet għandhom jibdew jitolbu n-​1999 Calendar of Jehovah’s Witnesses mar-​rikjesta tal-​letteratura għal Settembru. Il-​kalendarji se jkunu disponibbli biċ-​Ċiniż, bil-​Franċiż, bil-​Ġappuniż, bil-​Ġermaniż, bil-​Grieg, bil-​Ħindi, bl-​Ingliż, bl-​Ispanjol, bil-​Kroat, bil-​Pollakk, bil-​Portugiż, bir-​Russu, bit-​Taljan, bit-​Tamil u bit-​Tork.

◼ Il-​Kumitat tas-​Servizz tal-​Kongregazzjoni għandu jagħti attenzjoni immedjata lill-​applikazzjonijiet għal servizz taʼ pijunier regulari. Il-​kumitat tas-​servizz m’għandux iżomm xi applikazzjoni biex jara jekk dak li applika huwiex kapaċi jilħaq il-​ħtieġa tas-​sigħat. Id-​data tal-​ħatra tistaʼ tiġi mibdula awtomatikament fuq applikazzjonijiet li nirċievu wara d-​data li tintalab mill-​pubblikatur. M’għandhomx isiru ħatriet retroattivi ħlief f’każi eċċezzjonali. Jekk jeżistu xi ċirkustanzi partikulari, għandha tintbagħat ittra flimkien maʼ l-​applikazzjoni.​—Ara l-​insert taʼ l-​Our Kingdom Ministry t’Awissu 1986, paragrafi 24-6.

◼ Se jiġu kkunsidrati serje taʼ browxers fl-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni malli titlesta l-​pubblikazzjoni Il-​Bibbja​—Il-​Kelma t’Alla jew tal-​Bniedem? L-​avviż li kien hemm fil-​ħarġa taʼ Mejju 1998 informana li b’seħħ mill-​ġimgħa li tibda 21 taʼ Settembru se jintuża l-​browxer X’Jirrikjedi. Dan se jiġi segwit minn konsiderazzjoni taʼ X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja​—Kif Tistaʼ Ssibu? u Veru li Alla Jimpurtah Minna?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja