Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Settembru: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Ottubru: Kopji individwali taʼ It-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Novembru: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Diċembru: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem flimkien man-New World Translation.
◼ L-indokratur li jippresiedi jew xi ħadd imqabbad minnu għandu jawditja l-kontijiet tal-kongregazzjoni fl-1 taʼ Settembru jew mill-iktar fis possibbli wara din id-data. Agħmel avviż lill-kongregazzjoni meta dan ikun sar.
◼ L-anzjani huma mfakkrin biex isegwu l-istruzzjonijiet mogħtijin f’paġni 13-15 tat-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Lulju, 1991, rigward persuni maqtugħin mis-sħubija jew uħud diżassoċjati li jistgħu jkunu inklinati lejn li jiġu aċċettati lura.
◼ Is-Soċjetà ma taqdix ir-rikjesti persunali taʼ pubblikaturi individwali għal-letteratura. L-indokratur li jippresiedi għandu jirranġa biex isir avviż kull xahar qabel ma tintbagħat lis-Soċjetà r-rikjesta taʼ kull xahar tal-kongregazzjoni għal-letteratura, sabiex kulmin ikun interessat li jikseb letteratura persunali jkun jistaʼ jinforma lill-ħu inkarigat. Jekk jogħġobkom żommu f’moħħkom liema pubblikazzjonijiet huma letteratura li tinkiseb b’rikjesta speċjali.
◼ Is-Soċjetà għandha provvista taʼ volumi llegati bl-INGLIŻ taʼ The Watchtower għas-snin 1951 sa 1959. Pubblikaturi li jixtiequ dawn il-pubblikazzjonijiet issa jistgħu jagħmlu rikjesta għalihom permezz tal-ħu inkarigat mil-letteratura fil-kongregazzjoni.