Kif Nibdew Studju
Qatt għedt lill-inkwilini li tkun ħallejtilhom il-letteratura: “Nistenna bil-ħerqa li nerġaʼ nitkellem miegħek u nara jekk ħadtx gost taqra l-pubblikazzjoni”?
Meta mbagħad immorru, jekk sempliċement nistaqsu: “Għoġbok dak li qrajt?” inkunu qed nitfgħu t-tagħbija fuqhom. Kemm ikun aħjar li nippreparaw xi ħaġa li tqanqlilhom l-interess. Ħafna sabu li mistoqsija li tqanqal il-ħsieb fuq xi suġġett tgħinhom jibdew studju. Minflok ma ssaqsi: “Tixtieq ikollok studju tal-Bibbja?” tistaʼ tgħid: “In-nies tant għandhom ideat differenti fuq suġġetti reliġjużi li huwa tajjeb li sempliċement naraw dak li l-Bibbja għandha xi tgħid. Ħafna saqsew għala Alla ppermetta l-ħażen daqshekk fit-tul. Oħrajn jitħassbu għala nixjieħu u mmutu, jew kif nitolbu biex Alla jismagħna. Liema suġġett Bibliku jinteressak?” Fi kliem ieħor, ma nsaqsuhomx jekk jixtiqux jistudjaw, imma minflok insaqsuhom liema mistoqsija tinteressahom. Taʼ spiss għażla pożittiva bħal din tgħin, u mbagħad se jkollna l-opportunità li nirreferuhom lejn il-lezzjoni fil-browxer X’Jirrikjedi li tittratta dwar is-suġġett u nuruhom kif tistaʼ titwieġeb il-mistoqsija.
Imbagħad, qabel ma titlaq, ipprova agħżel suġġett ieħor li jixtiequ jiddiskutu f’okkażjoni oħra. L-importanti hu li nqanqlu l-interess tan-nies u nżommuh. Ħsieb u preparazzjoni bir-reqqa se jgħinuna nagħmlu hekk.