LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/99 p. 7
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 4/99 p. 7

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal April u Mejju: Kopji individwali taʼ It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! Ara li jkollok il-​browxer X’Jirrikjedi disponibbli għal nies li juru interess, u stinka biex tibda studji tal-​Bibbja fid-​dar. Ġunju: Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem. Lulju u Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Veru li Alla Jimpurtah Minna?, Gawdi l-​Ħajja fuq l-​Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-​Trinità?, X’Jiġrilna meta Mmutu?, X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja​—Kif Tistaʼ Ssibu?, u Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut. Il-​browxer Ktieb għan-​Nies Kollha jistaʼ jiġi offrut fejn ikun xieraq.

◼ Huwa neċessarju għas-​Soċjetà li żżomm dokumentazzjoni aġġornata taʼ indirizzi u numri tat-​telefon taʼ l-​indokraturi li jippresiedu u s-​segretarji kollha. Jekk ikun hemm xi bidla fi kwalunkwe żmien, is-​segretarju għandu jimla u jibgħat il-​formola Presiding Overseer/Secretary Change of Address (S-29) lis-​Soċjetà mill-​ewwel. Dan jinkludi kwalunkwe bidliet fil-​kodiċi postali. L-​indirizz tas-​Soċjetà hu: International Bible Students Association, I.B.S.A. House, Triq il-​Waqqafa, Mosta, MST 02.

◼ Is-​segretarji tal-​kongregazzjoni għandhom iżommu provvista adegwata taʼ dawn il-​formoli tal-​pijunieri: Regular Pioneer Changes (S-204), Application for Regular Pioneer Service (S-205), Application for Auxiliary Pioneer Service (S-205b), u Notification for Discontinuing Regular Pioneer Service (S-206). Dawn jistgħu jiġu ordnati fuq il-​Literature Request Form (S-14). Minn taʼ l-​inqas żommu provvista għal sena. Irrevedu l-​formola taʼ l-​applikazzjoni għall-​pijunier regulari biex tkunu ċerti li hija kompluta. Jekk dawk li japplikaw ma jkunux jistgħu jiftakru d-​data eżatta tal-​magħmudija tagħhom, għandhom jikkalkulaw id-​data bejn wieħed u ieħor u jżommu nota tagħha.

◼ Konvenzjoni Distrettwali 1999. Għandna l-​pjaċir ninformawkom li l-​arranġamenti ġew iffinalizzati għall-​Konvenzjoni Distrettwali għall-​1999. Il-​Konvenzjoni se tinżamm fiċ-​Ċentru għall-​Konferenzi tan-​New Dolmen Hotel, mill-​Ġimgħa, l-​10 taʼ Settembru sal-​Ħadd, it-​12 taʼ Settembru.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja