Itlob għall-Għajnuna taʼ Jehovah
1 Ġesù ġiegħel lid-dixxipli tiegħu jifhmu l-bżonn tal-barka taʼ Jehovah fuq il-ministeru tagħhom. (Mt. 9:37, 38) It-talb minn qalbna taʼ tifħir u radd il-ħajr flimkien maʼ petizzjonijiet u suppliki bil-ħrara juru kemm aħna nistrieħu kompletament fuq Jehovah għall-għajnuna tiegħu. (Flp. 4:6, 7) L-Iskrittura tħeġġiġna biex inkomplu nitolbu “b’kull xorta taʼ talb u suppliki,” u dan japplika għat-talb tagħna dwar il-ministeru.—Efes. 6:18, Saydon.
2 Aħna nfaħħru lil Jehovah fit-talb għall-kwalitajiet u għall-għemejjel tiegħu li ma jitqabblu maʼ xejn. Infaħħruh ukoll bħala d-Donatur taʼ l-aħbar tajba li nippridkaw. Hu jistħoqqlu t-tifħir tagħna għaliex hu biss jagħmlilna l-ministeru tagħna wieħed taʼ suċċess.—Salm 127:1.
3 It-talb taʼ radd il-ħajr tagħna jesprimi apprezzament għall-fehma li tana Jehovah dwar ir-rieda u l-iskop tiegħu. M’huwiex privileġġ li taqsam il-veritajiet tas-Saltna m’oħrajn? Nirringrazzjaw lil Jehovah għal dak kollu li nwettqu fil-ministeru.—Salm 107:8; Efes. 5:20.
4 Bix-xieraq, aħna nitolbu lil Jehovah biex jgħinna nsibu nies li jaċċettaw l-offerta tagħna taʼ studju tal-Bibbja, u nitolbu għall-għajnuna f’li nilħqulhom qlubhom bil-verità. Billi nagħmlu petizzjonijiet bħal dawn, aħna nirrikonoxxu li Alla biss jistaʼ jagħmilulna produttiv ix-xogħol tagħna fil-ministeru.—1 Kor. 3:5-7.
5 Waħda oħt ħasset li waħda mara li kienet fir-rotta tar-rivisti tagħha ma kinitx qed taqrahom It-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Billi ma riditx li dawn il-ġurnali prezzjużi jinħlew fix-xejn, talbet lil Jehovah li jekk din il-mara ma kinitx qed taqrahom, tirrifjutahom. Meta l-oħt marret iżżurha d-darba taʼ wara, ir-raġel taʼ din il-mara qal: “Grazzi talli ġġibilna dawn ir-rivisti regolarment. Qed naqrahom u veru jogħġbuni.”
6 B’talb umli u mimli ħrara, nistgħu nissupplikaw lil Jehovah biex jgħinna niffaċċjaw l-apatija u r-ridikolar pubbliku u biex negħlbu kwalunkwe biżaʼ mill-bniedem sabiex inkomplu nagħtu xiehda lil oħrajn bil-qlubija. (Atti 4:31) Jekk inkomplu nissoktaw bit-talb “b’kull xorta taʼ talb u suppliki” hekk kif inwettqu b’ubbidjenza s-servizz sagru tagħna, nistgħu nkunu fiduċjużi mill-għajnuna taʼ Jehovah.—1 Ġw. 3:22.