REVIŻJONI TAʼ L-ISKOLA TAL-MINISTERU TEOKRATIKU
Reviżjoni mingħajr l-użu tal-kotba fuq il-materjal mgħoddi fl-inkarigi taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-ġimgħat mis-6 taʼ Settembru sa l-20 taʼ Diċembru, 1999. Uża karta separata biex tikteb it-tweġibiet tal-mistoqsijiet skond kemm tilħaq fil-ħin assenjat.
[Nota: Matul ir-reviżjoni bil-kitba, il-Bibbja biss tistaʼ tintuża biex twieġeb kwalunkwe mistoqsija. Ir-referenzi li ssib wara l-mistoqsijiet huma għar-riċerka persunali tiegħek. Jistaʼ jkun li n-numru tal-paġna u tal-paragrafu ma jidhrux fir-referenzi kollha għal It-Torri taʼ l-Għassa.]
Wieġeb kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin Veru jew Falz:
1. Jehovah ppermetta t-tmexxija umana indipendenti sabiex juri li l-mod Tiegħu taʼ ħakma huwa dejjem sewwa u ġust. (Dt. 32:4; Ġob 34:10-12; Ġer. 10:23) [w-MT97 3/1 pġ. 5 par. 3]
2. Il-Bibbja tindika li Alla jikkundanna l-ilmenti kollha. [w97 12/1 pġ. 30 pari. 3-4]
3. Il-ġenituri jżommu r-relazzjonijiet tagħhom maʼ wliedhom miżżewġin f’perspettiva xierqa billi jirrikonoxxu l-prinċipji divini taʼ l-istat taʼ kap u tal-bonordni. (Ġen. 2:24; 1 Kor. 11:3; 14:33, 40) [fy-MT pġ. 164 par. 6]
4. Mark 6:31-34 juri li Ġesù ġietu ħasra mill-kotra sempliċement minħabba l-mard u l-faqar tagħhom. [w97 12/15 pġ. 29 par. 1]
5. Jekk Kristjan mill-klassi tan-nagħaġ oħra ma jkunx jistaʼ jattendi l-Mafkar tal-mewt taʼ Ġesù, għandu jiċċelebrah xahar wara fi qbil mal-prinċipju mniżżel f’Numri 9:10, 11. (Ġw. 10:16) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w93 2/1 pġ. 31 par. 9.]
6. Filwaqt li n-nanniet ma jiħdux f’idejhom ir-responsabbiltà tal-missier u taʼ l-omm li jdaħħlu sewwa l-veritajiet tal-Bibbja f’moħħ it-tfal tagħhom, in-nanniet jistaʼ jkollhom irwol komplimentari f’li jikkontribwixxu għall-iżvilupp spiritwali tat-tfal. (Dt. 6:7; 2 Tim. 1:5; 3:14, 15) [fy-MT pġ. 168 par. 15]
7. Proverbji 6:30 juri li s-serq jistaʼ jiġi skużat jew ġustifikat f’ċerti ċirkustanzi. [g97 11/8 pġ. 19 par. 2]
8. Fl-1530, William Tyndale kien l-ewwel wieħed li uża l-isem t’Alla, Jehovah, fi traduzzjoni Ingliża taʼ l-Iskrittura Ebrajka. [w97 9/15 pġ. 28 par. 3]
9. Illum, il-belt taʼ refuġju antitipika hija l-provvediment t’Alla biex jipproteġina mill-mewt talli ksirna l-kmandament tiegħu dwar is-santità tad-demm. (Num. 35:11) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT95 12/1 pġ. 15 par. 8.]
10. L-isem Dewteronomju, jiġifieri “t-Tieni Liġi,” huwa addattat għaliex dan il-ktieb Bibliku huwa sempliċement ripetizzjoni tal-Liġi. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara si pġ. 36 par. 4.]
Wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:
11. Taʼ xiex kienu jagħtu stampa ż-żewġ ħobżiet bil-ħmira li kien joffri l-qassis il-kbir fil-Festa taʼ Pentekoste? (Lev. 23:15-17) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT98 3/1 pġ. 13 par. 21.]
12. Il-Ġublew Kristjan meta beda, u x’tip taʼ libertà ġab f’dak iż-żmien? (Lev. 25:10) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT95 6/1 pġ. 19 par. 14.]
13. Skond dak li huwa dokumentat fil-ktieb taʼ Numri, is-sopravivenza fuq liema tliet affarijiet tiddependi? [si pġ. 30 par. 1]
14. Mosè b’liema mod kien eżempju tajjeb f’li juri li ma kellux spirtu t’għira? (Num. 11:29) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT95 10/1 pġ.18 par. 11.]
15. Il-każ taʼ Kora, Datan, u Abiram kif juri li l-fatt li tara mhux dejjem iwassal għal li temmen? [w-MT97 4/1 pġ. 4 par. 2]
16. Liema żewġ aspetti taʼ li nonoraw lill-ġenituri anzjani huma enfasizzati f’Mattew 15:3-6 u fl-1 Timotju 5:4? [fy-MT pġi. 173-5 pari. 2-5]
17. Liema lezzjoni importanti hija enfasizzata f’Numri 26:64, 65? [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa, ara g95 8/8 pġi. 10-11 pari. 5-8.]
18. L-eżempju taʼ Fineħas kif jgħinna napprezzaw xi tfisser id-dedikazzjoni lejn Jehovah? (Num. 25:11) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT95 3/1 pġi. 30-1 pari. 12-13.]
19. Kif jistaʼ wieħed fil-belt antitipika taʼ refuġju “joħroġ minn truf” il-belt? (Num. 35:26) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT95 12/1 pġ. 18 par. 20.]
20. Il-Manuskritt Sinajtiku b’liema mod kien barka għat-traduzzjoni tal-Bibbja? [w97 10/15 pġ. 11 par. 2]
Ipprovdi l-kelma (kliem) jew frażi meħtieġa biex titkompla kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin:
21. Jehovah ħalla l-ħażen jeżisti biex jistabbilixxi darba għal dejjem il-verità fundamentali li hu waħdu hu ․․․․․․․․ u li ․․․․․․․․ lejn il-liġijiet tiegħu hija essenzjali għall-paċi u l-hena kontinwi tal-ħlejjaq tiegħu kollha. (Salm 1:1-3; Prov. 3:5, 6; Koħ. 8:9) [w-MT97 3/1 pġ. 5 par. 4]
22. Il-ktieb taʼ Levitiku jispikka f’li jenfasizza ․․․․․․․․ tad-demm, billi juri li dan jistaʼ jintuża biss bħala ․․․․․․․․ . [si pġ. 29 par. 33]
23. Fi qbil maʼ Salm 144:15b, l-hena veru huwa kundizzjoni tal-qalb, ibbażat fuq ․․․․․․․․ ġenwina u ․․․․․․․․ tajba maʼ Jehovah. [w97 3/15 pġ. 23 par. 7]
24. Il-Bibbja li rriżultat mit-traduzzjoni tal-Bibbja Ebrajka għall-Grieg komuni, li tlestiet madwar is-sena 150 Q.E.K., saret magħrufa bħala ․․․․․․․․; it-traduzzjoni taʼ Ġirolmu tal-Bibbja għal-Latin saret magħrufa bħala ․․․․․․․․ , ․․․․․․․․ , li tlestiet madwar is-sena 400 E.K. [w97 8/15 pġ. 9 par. 1; pġ. 10 par. 4]
25. Billi rrefera għar-rakkonti dwar Bagħlam u Kora kif inhuma dokumentati fil-ktieb taʼ Numri, Ġuda wissa lill-Kristjani biex joqogħdu għassa għall-perikli ․․․․․․․․ u ․․․․․․․․ . [si pġ. 35 par. 35]
Agħżel it-tweġiba korretta f’kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin:
26. Darba fis-sena, (fil-Festa taʼ l-Għerejjex; f’Jum it-Tpattija; fil-Qbiż), il-ġens kollu taʼ Iżrael, inkluż ir-residenti barranin li kienu jqimu lil Jehovah, riedu (jieqfu minn kull xogħol; iħallsu d-deċmi; jippreżentaw offerti taʼ l-ewwel frott) u jsumu. (Lev. 16:29-31) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT96 7/1 pġ. 18 par. 12.]
27. Waħda mill-miri tal-Kumitat tat-Traduzzjoni tal-Bibbja New World kienet li jipproduċi traduzzjoni li kienet (letterali kemm jistaʼ jkun; parafrażi tal-lingwi oriġinali; fi qbil maʼ ċerta fehma duttrinali) sabiex il-qarrej ikun jistaʼ jkollu idea aħjar tal-lingwi oriġinali u l-mod taʼ ħsieb assoċjat magħhom. [w97 10/15 pġ. 11 par. 5]
28. Skond Lhud 13:19, it-talb persistenti taʼ kredenti mseħbin jistaʼ jagħmel differenza rigward (dak li jippermetti Alla; meta Alla jaġixxi; kif Alla jimmanuvra l-affarijiet). [w-MT97 5/1 pġ. 5 par. 2]
29. Il-‘qafla kaħla mal-ponot tal-mantar’ taʼ l-Iżraeliti kienet meħtieġa bħala (tiżjin sagru; sinjal taʼ modestja; sinjal li jidher biex ifakkarhom li jridu jkunu separati mid-dinja bħala l-poplu taʼ Jehovah). (Num. 15:38, 39) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w83 10/15 pġ. 20 par. 16.]
30. Il-perijodu taʼ żmien li kopra l-ktieb taʼ Dewteronomju huwa (xahrejn; sena; sentejn), u tlesta mill-kitba kmieni fl-(1513; 1473; 1467) Q.E.K. [si pġ. 36 par. 6]
Qabbel l-iskritturi li ġejjin maʼ l-istqarrijiet miktubin taħt:
Num. 17:6, 14 [Num. 16:41, 49, NW]; Mt. 19:9; Lq. 2:36-38; Kol. 2:8; 3:14
31. L-axxetiżmu ma jwassalx għal qdusija speċjali jew tidwil veru. [g97 10/8 pġ. 21 par. 3]
32. II-fornikazzjoni hija l-unika bażi Skritturali għal divorzju bil-possibbiltà taʼ żwieġ mill-ġdid. [fy-MT pġi. 158-9 par. 15]
33. Il-fatt li individwu jkun attiv ħafna f’attivitajiet teokratiċi, anki f’età avanzata, jistaʼ jgħinu biex ikampa mat-telfa taʼ sieħeb fiż-żwieġ. [fy-MT pġi. 170-1 par. 21]
34. Il-kritika għall-mod kif Jehovah jamministra l-ġustizzja permezz tal-qaddejja maħturin tiegħu jistaʼ jkollha konsegwenzi diżastrużi. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT96 7/1 pġ. 13 par. 13.]
35. Imħabba mhix egoista torbot lil koppja miżżewġa flimkien u tagħmilhom ikunu jridu jagħmlu dak li huwa l-aħjar għal xulxin u għat-tfal tagħhom. [fy-MT pġ. 187 par. 11]