LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/00 p. 3
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 1/00 p. 3

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal Jannar: Kwalunkwe ktieb antik li l-​kongregazzjoni jistaʼ jkollha maħżun. Il-​kongregazzjonijiet li m’għandhomx provvista taʼ dawn il-​kotba jistgħu joffru Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art. Frar: Is-​Sigriet taʼ l-​Hena fil-​Familja. Marzu: Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem. Se jsir sforz speċjali biex jinbdew studji tal-​Bibbja fid-​dar. April: Kopji individwali taʼ It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! Ara li jkollok il-​browxer X’Jirrikjedi disponibbli għal nies interessati, u stinka biex tibda studji tal-​Bibbja fid-​dar.

◼ Il-​pubblikaturi mgħammdin kollha preżenti għal-​Laqgħa tas-​Servizz fil-​ġimgħa taʼ l-​10 taʼ Jannar, jistgħu jiksbu d-​dokument Advance Medical Directive/Release u l-​Identity Card għal uliedhom.

◼ B’seħħ mill-​bidu taʼ Frar, u mhux iktar tard mill-​5 taʼ Marzu, it-​taħdita pubblika l-​ġdida għall-​indokraturi tas-​circuit se tkun “Il-​Vera Armageddon—Għala? Meta?”

◼ Il-​kongregazzjonijiet għandhom jagħmlu arranġamenti konvenjenti biex jiċċelebraw il-​Mafkar din is-​sena nhar l-​Erbgħa, 19 t’April, wara nżul ix-​xemx. Għalkemm it-​taħdita tistaʼ tibda iktar kmieni, it-​tqassim taʼ l-​emblemi tal-​Mafkar m’għandux jibda qabel inżul ix-​xemx. Iċċekkja maʼ sorsi lokali biex tiddetermina meta jkun se jseħħ inżul ix-​xemx fil-​lokalità tiegħek. Għalkemm huwa mixtieq li kull kongregazzjoni jkollha ċ-​ċelebrazzjoni tal-​Mafkar tagħha stess, dan mhux dejjem jistaʼ jkun possibbli. Fejn normalment għadd taʼ kongregazzjonijiet jużaw l-​istess Sala tas-​Saltna, forsi kongregazzjoni waħda jew iktar jistgħu jiksbu l-​użu taʼ xi faċilità oħra għal dik il-​lejla. Fejn ikun possibbli, nissuġġerixxu minn taʼ l-​inqas 40 minuta bejn kull programm sabiex kulħadd ikun jistaʼ jibbenefika bis-​sħiħ mill-​okkażjoni, billi jkun hemm biżżejjed ħin biex nilqgħu lill-​viżitaturi u ninkuraġġixxu lil uħud interessati ġodda. Ukoll għandha tingħata konsiderazzjoni għall-​problemi tat-​traffiku u taʼ l-​ipparkjar, inkluż il-​fatt li l-​passiġġieri jkunu ħerġin u deħlin fil-​karozzi. Il-​ġemgħa taʼ l-​anzjani għandha tiddeċiedi liema arranġamenti jkunu l-​aħjar lokalment.

◼ It-​taħdita pubblika speċjali għall-​istaġun tal-​Mafkar 2000 se tingħata nhar il-​Ħadd 16 t’April. Is-​suġġett tat-​taħdita se jkun “Għala l-​Umanità Teħtieġ Prezz tal-​Fidwa.” Se jiġi provdut outline. Dawk il-​kongregazzjonijiet li se jkollhom iż-​żjara taʼ l-​indokratur tas-​circuit, l-​assemblea tas-​circuit, jew il-​jum taʼ assemblea speċjali f’dak it-​tmiem il-​ġimgħa se jkollhom it-​taħdita speċjali l-​ġimgħa taʼ wara. L-​ebda kongregazzjoni m’għandu jkollha t-​taħdita speċjali qabel is-​16 t’April, 2000.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja