Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Marzu: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Se jsir sforz speċjali biex jinbdew studji tal-Bibbja fid-djar. April u Mejju: Kopji individwali taʼ It-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Ara li jkollok il-browxer X’Jirrikjedi disponibbli għal nies li juru interess, u stinka biex tibda studji tal-Bibbja fid-djar. Ġunju: Alla X’Jirrikjedi Minna? Ikkonċentra fuq li tibda studji tal-Bibbja fid-djar.
◼ Pubblikaturi li jixtiequ jaqdu bħala pijunieri awżiljarji f’April u f’Mejju għandhom jagħmlu l-pjanijiet tagħhom issa u jitfgħu l-applikazzjoni tagħhom kmieni. Dan se jgħin lill-anzjani biex jagħmlu l-arranġamenti tas-servizz taʼ l-għalqa li huma meħtieġa u jkollhom provvista suffiċjenti taʼ rivisti u letteratura oħra. L-ismijiet taʼ dawk kollha li jiġu approvati bħala pijunieri awżiljarji għandhom jiġu annunzjati fil-kongregazzjoni kull xahar.
◼ Din il-ħarġa taʼ Il-Ministeru tas-Saltna fiha l-iskeda sħiħa taʼ l-istudju għall-ktieb Oqgħod Attent għall-Profezija taʼ Danjel! Jistaʼ jkun komdu li tagħmel fotokopja tagħha u tħalliha fil-kopja persunali tiegħek tal-ktieb biex issibha malajr.
◼ L-indokratur li jippresiedi jew xi ħadd imqabbad minnu għandu jawditja l-kontijiet tal-kongregazzjoni fl-1 taʼ Marzu jew mill-iktar fis possibbli wara din id-data. Meta dan isir, agħmel avviż lill-kongregazzjoni wara li jinqara r-rapport tal-kontijiet li jmiss.
◼ Il-Mafkar se jinżamm l-Erbgħa, 19 t’April, 2000. Jekk il-kongregazzjoni tagħkom normalment ikollha l-laqgħat nhar taʼ Erbgħa, dawn għandhom jinżammu f’ġurnata oħra tal-ġimgħa jekk is-Sala tas-Saltna tkun disponibbli. Jekk dan ma jkunx possibbli u jeffettwa l-Laqgħa tas-Servizz, il-partijiet li huma applikabbli partikolarment għall-kongregazzjoni tagħkom jistgħu jiġu inkorporati f’Laqgħa tas-Servizz oħra.
◼ Dawk li jissieħbu maʼ xi kongregazzjoni għandhom jibagħtu l-abbonamenti l-ġodda u l-imġeddin kollha għal It-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ!, inkluż l-abbonamenti persunali tagħhom, permezz tal-kongregazzjoni.
◼ Is-Soċjetà ma taqdix ir-rikjesti persunali taʼ pubblikaturi individwali għal-letteratura. L-indokratur li jippresiedi jrid jiftiehem biex isir avviż kull xahar qabel ma tintbagħat lis-Soċjetà r-rikjesta taʼ kull xahar tal-kongregazzjoni għal-letteratura sabiex dawk kollha li huma interessati f’li jiksbu xi letteratura persunali jkunu jistgħu jinformaw lill-ħu inkarigat mil-letteratura. Jekk jogħġobkom żommu f’moħħkom liema pubblikazzjonijiet huma letteratura li tinkiseb b’rikjesta speċjali.
◼ Il-kongregazzjonijiet jistgħu jibdew jordnaw il-Watchtower Library—1999 Edition. Din il-compact disc se tkun disponibbli bl-istess disaʼ lingwi bħall-edizzjoni taʼ l-1997, jiġifieri, Daniż, Franċiż, Ġappuniż (jirrikjedi l-verżjoni Ġappuniża tal-Windows), Ġermaniż, Ingliż, Olandiż, Portugiż, Spanjol, u Taljan. Jekk jogħġobkom żommu f’moħħkom li dawn huma oġġetti li jinkisbu b’rikjesta speċjali. Sakemm dawn il-compact discs ikunu disponibbli u jintbagħtu bil-baħar, se jkunu jidhru bħala “Pending” fuq il-listi taʼ l-ippakkjar tal-kongregazzjoni.