Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Reviżjoni mingħajr l-użu tal-kotba fuq il-materjal mgħoddi fl-inkarigi taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-ġimgħat mit-3 taʼ Jannar sas-17 t’April, 2000. Uża karta separata biex tikteb it-tweġibiet tal-mistoqsijiet skond kemm tilħaq fil-ħin assenjat.
[Nota: Matul ir-reviżjoni bil-kitba, il-Bibbja biss tistaʼ tintuża biex twieġeb kwalunkwe mistoqsija. Ir-referenzi li ssib wara l-mistoqsijiet huma għar-riċerka persunali tiegħek. Jistaʼ jkun li n-numru tal-paġna u tal-paragrafu ma jidhrux fir-referenzi kollha għal It-Torri taʼ l-Għassa.]
Wieġeb kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin Veru jew Falz:
1. Xi drabi jkollna nistennew biex nirċievu l-barkiet taʼ Jehovah, ladarba Jehovah jaf x’inhi s-sitwazzjoni tagħna u jipprovdi għal kull bżonn meta jkun l-iktar taʼ ġid għalina. (Salm 145:16; Ġak. 1:17) [w98 1/1 pġ. 23 par. 6.]
2. Il-preżenza taʼ l-arka tal-patt waħedha ma kinitx tiggarantixxi suċċess għall-Iżraeliti. Il-barkiet taʼ Jehovah kienu jiddependu fuq il-waqfa spiritwali u l-ubbidjenza leali taʼ dawk li kellhom il-pussess taʼ l-arka. (Ġoż., kap. 7) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara it-1 pġ. 167 par. 2.]
3. Illum aħna niġu mantnuti spiritwalment billi sempliċement naqraw dak li jgħid Jehovah. (Dt. 8:3) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT85 9/15 pġ. 19 pari. 15, 17.]
4. Il-prinċipju enfasizzat fil-Liġi Mosajka f’Dewteronomju 23:20 juri li m’hijiex xi ħaġa taʼ mħabba għal Kristjan li jitlob imgħax meta jislef il-flus. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara it-1 pġ. 1212 pari. 5-6; it-2 pġ. 259 par. 12; w-MT87 1/15 pġ. 12 par. 9.]
5. Ir-rapport ottimist taʼ Ġożwè u Kaleb kien ibbażat fuq il-konvinzjoni soda tagħhom fil-qawwa u d-determinazzjoni taʼ l-Iżraeliti biex jegħlbu kwalunkwe xkiel li setaʼ jostakola l-konkwista tagħhom taʼ l-Art Imwegħda. (Num. 13:30) [w-MT98 2/1 pġ. 5 par. 4]
6. Meta qed jirreferi għall-“grazzja” fl-1 Timotju, Pawlu kien qed ifakkar lil Timotju dwar id-dlik tiegħu bl-ispirtu qaddis u l-premju fis-sema li kien qed jistennieh. (1 Tim. 4:14) [w-MT98 2/15 pġ. 25 par. 1]
7. Il-ktieb taʼ Ġożwè ma jipprovdix xi konnessjoni vitali fir-rekord li jwassal sal-produzzjoni taż-Żerriegħa tas-Saltna. [si pġ. 46 par. 24]
8. Il-ktieb taʼ Mħallfin huwa rekord taʼ rġiel magħżulin u maħturin minn Iżrael biex jaħkmu l-ġens qabel il-perijodu taʼ żmien tas-slaten. [si pġ. 46 par. 2]
9. Ir-rikjesta taʼ Gidjon, kif deskritta fi Mħallfin 6:37-39, turi li hu kien attent u suspettuż iżżejjed. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w88 4/1 pġ. 30 par. 6.]
10. Billi istruwixxa lid-dixxipli tiegħu biex ‘fit-triq ma jsellmu lil ħadd,’ Ġesù kien qed jenfasizza l-urġenza tax-xogħol taʼ l-ippridkar u l-bżonn li wieħed jagħti attenzjoni sħiħa lil dan l-inkarigu importanti għall-aħħar. (Lq. 10:4) [w-MT98 3/1 pġ. 30 par. 5]
Wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:
11. Għala huwa importanti li kliem Jehovah jinżamm f’qalb il-ġenituri? (Dt. 6:5, 6) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT98 6/1 pġ. 20 par. 4.]
12. Kif jistaʼ kap taʼ familja japplika l-prinċipju notat f’Dewteronomju 11:18, 19? [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara fy-MT pġ. 71 par. 14.]
13. Liema indikazzjoni Skritturali hemm li l-ilsir il-maħrub Oneżimu evidentement kien maʼ l-appostlu Pawlu għal xi żmien qabel ma Pawlu kiteb lil Filemon? [w-MT98 1/15 pġ. 30 par. 2]
14. Meta naraw l-inġustizzji jew nesperjenzawhom aħna stess, x’nistgħu nagħmlu biex nevitaw li naqtgħu qalbna jew niżviluppaw attitudni pessimista? [w-MT98 2/1 pġ. 6 pari. 1-2]
15. Ġożwè u Gidjon kif urew stima għolja lejn il-liġi t’Alla? (Dt. 20:8, 15-18) [si pġ. 41 par. 32]
16. Il-ġrajjiet deskritti f’Ġożwè 10:10-14 kif joħolqu xebh maʼ dak li jistaʼ jkun mistenni f’Armageddon? [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT86 12/15 pġ. 18 par. 12–pġ. 19 par. 14.]
17. Semmi tliet benefiċċji taʼ tifħir sinċier għal kondotta taʼ min ifaħħarha. (Qabbel Proverbji 15:23.) [w-MT98 2/1 pġ. 31 pari. 5-6]
18. Fi qbil maʼ Ġożwè 20:4, wieħed kif jistaʼ jaħrab lejn il-belt antitipika taʼ refuġju? [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT86 12/15 pġ. 19 par. 16.]
19. Mħallfin 5:31 (New World Translation) kif jindika li r-rebħa taʼ l-Imħallef Barak fuq il-forzi superjuri taʼ Sisera fil-wied taʼ Kison kellha tifsira sinjifikanti għal żmienna? [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w86 2/15 pġ. 21 par. 4.]
20. Kif nistgħu nuru stima għall-prinċipju wara l-espressjoni “huma baqgħu kulħadd f’postu,” kif rekordjat fi Mħallfin 7:21? [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT82 8/1 pġ. 16 par. 17.]
Ipprovdi l-kelma (kliem) jew frażi meħtieġa biex titkompla kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin:
21. Sabiex nesperjenzaw iktar bis-sħiħ il-barka taʼ Jehovah, irridu nkomplu ․․․․․․․․ u nagħmlu petizzjoni lil Jehovah biex jgħinna ․․․․․․․․ it-tagħlim fil-Kelma mnebbħa tiegħu. (1 Tim. 4:8, 9) [w98 1/1 pġ. 24 par. 6]
22. Jehovah ma jieħu gost xejn b’tifħir melliesi żżejjed għax dan huwa motivat mill-․․․․․․․․, u la huwa ․․․․․․․․ u lanqas ․․․․․․․․, u fuq kollox, ․․․․․․․․. [w-MT98 2/1 pġ. 30 pari. 2-3]
23. L-isem Ġożwè jfisser ․․․․․․․․ u hu kien figura profetika taʼ ․․․․․․․․. [si pġ. 42 par. 5]
24. Fi qbil mat-tixbieha taʼ Ġesù f’Mattew 7:24-27, ġenituri diskreti jistgħu jgħinu lil uliedhom jiffaċċjaw pressjonijiet bħal maltempati billi jagħtuhom ․․․․․․․․ li se jgħinuhom biex jibqgħu ․․․․․․․․. [w-MT98 2/15 pġ. 9 par. 1]
25. Ir-rekord storiku fil-ktieb taʼ Mħallfin iħaddan il-perijodu taʼ żmien ġenerali mill-mewt taʼ ․․․․․․․․ sa żmien ․․․․․․․․, li jkopri madwar ․․․․․․․․ sena. [si pġ. 47 par. 5]
Agħżel it-tweġiba korretta f’kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin:
26. Li wieħed jagħmel xi ħaġa dwar kif għandu jiddisponi mill-propjetà tiegħu f’każ li jmut hija (xi ħaġa tal-kongregazzjoni; xi ħaġa persunali; ħtieġa għall-Kristjani veri). (Gal. 6:5) [w-MT98 1/15 pġ. 19 par. 6]
27. Pawlu inkuraġġixxa lil Filemon biex jilqaʼ b’qalb tajba lil (Onam; Onesiforu; Oneżimu) imma m’użax l-awtorità appostolika biex jikkmandah jagħmel hekk jew biex jeħles lill-ilsir tiegħu. (Fil. 21) [4, w-MT98 1/15 pġ. 31 par. 1]
28. Nuqqas serju li huwa implikat fir-rakkont tal-lebbrużi li kienu tfejqu minn Ġesù huwa (in-nuqqas taʼ fidi; id-diżubbidjenza; l-ingratitudni) tagħhom. (Lq. 17:11-19) [w-MT98 2/15 pġ. 5 par. 1]
29. Ladarba Alla approva l-korsa taʼ Raħab, il-kliem tagħha lill-irġiel taʼ Ġeriko li kienu qed isegwu l-ispiji Iżraeliti jindika li (il-fatt li wieħed jigdeb hija deċiżjoni persunali; wieħed m’huwiex obbligat li jikxef tagħrif veru lil dawk li m’għandhomx id-dritt li jkunu jafuh; hi kienet għadha ma bidlitx il-modi dinjin kollha tagħha). (Ġoż. 2:3-5; qabbel Rumani 14:4.) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w93 12/15 pġ. 25 par. 1.]
30. Kif dokumentat fi Ġwann 13:5, it-tagħlima prattika li ta Ġesù tenfasizza l-kwalità taʼ (tjieba; empatija; umiltà), li ġġiegħel lil wieħed ikun inklinat biex jagħmel l-iktar xogħlijiet baxxi għall-benefiċċju t’oħrajn. [w-MT98 3/15 pġ. 7 par. 6]
Qabbel l-iskritturi li ġejjin maʼ l-istqarrijiet miktubin taħt:
Dt. 7:3, 4; 17:7; 25:11, 12; 28:3; Ġer. 15:20
31. Il-ħarsa għolja li għandu l-Ħallieq lejn l-organi riproduttivi għandha tinfluwenza d-deċiżjoni li Kristjan jieħu rigward metodu xieraq taʼ ppjanar tal-familja. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT99 6/15 pġ. 28 pari. 1-4.]
32. Aħna jistaʼ jkollna fiduċja fl-appoġġ taʼ Jehovah hekk kif inwettqu l-inkarigu tagħna biex nippridkaw l-aħbar tajba tas-Saltna t’Alla. [w-MT98 3/1 pġ. 28 par. 1]
33. Jekk nagħtu kas tat-twissija tal-Bibbja jeħlisna mill-konsegwenzi taʼ wġigħ li taʼ spiss jirriżultaw meta Kristjan jintrabat b’madmad maʼ min ma jemminx. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT90 2/1 pġ. 14 par. 11.]
34. Li ngawdu l-barkiet t’Alla ma jiddependix fuq fejn ngħixu jew naqdu jew liema inkarigu jistaʼ jkollna fis-servizz t’Alla. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT96 7/1 pġ. 7 par. 15.]
35. Bħala awtorità għall-istruzzjonijiet tiegħu fl-1 Korintin kapitlu 5 dwar il-qtugħ mis-sħubija, Pawlu jikkwota l-Liġi taʼ Jehovah. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara si pġ. 213 par. 24.]