LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/00 pp. 5-6
  • Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 12/00 pp. 5-6

Reviżjoni taʼ l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku

Reviżjoni mingħajr l-​użu tal-​kotba fuq il-​materjal mgħoddi fl-​inkarigi taʼ l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku għall-​ġimgħat mill-​4 taʼ Settembru sat-​18 taʼ Diċembru, 2000. Uża karta separata biex tikteb it-​tweġibiet tal-​mistoqsijiet skond kemm tilħaq fil-​ħin assenjat.

[Nota: Matul ir-​reviżjoni bil-​kitba, il-​Bibbja biss tistaʼ tintuża biex twieġeb kwalunkwe mistoqsija. Ir-​referenzi li ssib wara l-​mistoqsijiet huma għar-​riċerka persunali tiegħek. Jistaʼ jkun li n-​numru tal-​paġna u tal-​paragrafu ma jidhrux fir-​referenzi kollha għal It-​Torri taʼ l-​Għassa.]

Wieġeb kull waħda mill-​istqarrijiet li ġejjin Veru jew Falz:

1. David rażżan lil Abisaj milli joqtol lil Simgħi għax David kien ħati taʼ l-​akkużi li Simgħi kien qed jagħmel kontrih. (2 Sam. 16:​5-13) [Qari mill-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT99 5/1 pġ. 32 par. 3.]

2. Kuxjenza nadifa u mħarrġa sew mhux biss twassalna għal relazzjoni persunali u intima m’Alla imma hija essenzjali għas-​salvazzjoni tagħna. (Lhud 10:22; 1 Pt. 1:​15, 16) [w-MT98 9/1 pġ. 4 par. 4]

3. Ir-​rakkont taʼ l-​1 Slaten għandu ftit li xejn valur storiku għal Kristjan għax mill-​14-il sultan li ħakmu f’Iżrael u Ġuda wara l-​mewt taʼ Salamun, żewġ slaten biss kellhom suċċess f’li jagħmlu dak li kien tajjeb f’għajnejn Jehovah. [si pġ. 64 par. 1]

4. Ir-​Renju t’Elf Sena taʼ Ġesù jistaʼ jiġi mxebbah mal-​ħakma taʼ 40 sena taʼ Salamun li kienet tant prosperuża u mimlija paċi. (1 Slat. 5:​4, 5, 9 [1 Slat. 4:​24, 25, 29, New World Translation]) [Qari mill-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT90 9/1 pġ. 5 par. 4.]

5. Id-​difna diċenti taʼ Abija hija evidenza ċara li hu kien adoratur leali taʼ Jehovah, l-​uniku wieħed mid-​dar taʼ Ġerobogħam. (1 Slat. 14:​10, 13) [Qari mill-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT95 4/1 pġ. 23 par. 11.]

6. Il-​magħmudija Kristjana tindika li wieħed ikun sar qaddej matur t’Alla. [w-MT98 10/1 pġ. 28 par. 2]

7. Jehovah ta lil Elija qlubija sovrumana u pproteġieh kontra l-​biżaʼ. (1 Slat. 18:​17, 18, 21, 40, 46) [Qari mill-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w98 1/1 pġ. 31 par. 2.]

8. It-​tempju taʼ Salamun huwa struttura interessanti mhux biss minħabba l-​glorja u l-​ġmiel materjali li kellu imma minħabba li kien qed jiffigura bil-​quddiem it-​tempju spiritwali u ferm iktar glorjuż taʼ Jehovah. [si pġ. 69 par. 26]

9. L-​għama li laqtet lill-​forza militari tas-​Sirjani skond it-​talba t’Eliżew mid-​dehra kienet għama mentali, ladarba setgħu jarawh imma ma setgħux jagħrfuh. (2 Slat. 6:​18, 19) [Qari mill-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara si pġi. 70-1 par. 10.]

10. Ix-​“xhieda” msemmija fit-​2 Slaten 11:12 (Saydon) kienet ġest simboliku li turi li l-​interpretazzjoni tas-​sultan dwar il-​Liġi t’Alla kienet finali u kellha tiġi obduta. [Qari mill-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w91 2/1 pġ. 31 par. 6.]

Wieġeb il-​mistoqsijiet li ġejjin:

11. Fi qbil maʼ l-​1 Ġwann 2:​15-17, meta jiġu biex jiggwidaw lil uliedhom sabiex jagħżlu xogħol sekulari xieraq, ġenituri li jonoraw lil Alla x’iridu jħeġġuhom jevitaw? [w-MT98 7/15 pġ. 5 par. 3]

12. It-​2 Samwel 18:​8, x’irid ifisser fejn jgħid: “Iktar qerdet nies il-​foresta milli qerdet ix-​xabla”? [Qari mill-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w87 3/15 pġ. 31 par. 2.]

13. Illum min jistaʼ jiġi mqabbel man-​nies taʼ Gulija, dawk min-​nisel taʼ Rafa, u x’qed jipprovaw jagħmlu? (2 Sam. 21:​15-22) [Qari mill-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT89 4/1 pġ. 9 par. 8.]

14. Liema prinċipju Bibliku taʼ benefiċċju nitgħallmu mit-​2 Samwel 6:​6, 7? [si pġ. 63 par. 30]

15. Liema prinċipju importanti jgħallimna l-​każ li jinvolvi lir-​raġel li ngħata l-​mewt talli kiser jum is-​Sibt? (Num. 15:35) [w-MT98 9/1 pġ. 20 par. 2]

16. Liema ħaġa rridu nagħmlu sabiex nimitaw lis-​sultana taʼ Saba li vvjaġġat distanza twila biex tismaʼ ‘l-​għerf taʼ Salamun?’ (1 Slat. 10:​1-9) [Qari mill-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT99 7/1 pġ. 31 pari. 1-2.]

17. Skond l-​1 Slaten 17:​3, 4, 7-9, 17-24, Elija b’liema tliet modi wera fidi f’Jehovah? [Qari mill-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT92 7/1 pġ. 16 par. 5.]

18. Il-​fatt li Nabot irrifjuta li jbigħ l-​għalqa tad-​dwieli tiegħu lil Aħab għala ma kienx sempliċement qed juri li webbes rasu? (1 Slat. 21:​2, 3) [Qari mill-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT97 8/1 pġ. 25 par. 18)

19. Il-​kliem fit-​2 Slaten 6:16 kif serva biex jinkuraġġixxi lill-​qaddejja taʼ Jehovah llum? [Qari mill-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT98 6/15 pġ. 18 par. 5.]

20. B’liema modi l-​Kristjani veri llum iridu jgħassu kontra s-​simonija? [w-MT98 11/15 pġ. 28 par. 5]

Ipprovdi l-​kelma (kliem) jew frażi meħtieġa biex titkompla kull waħda mill-​istqarrijiet li ġejjin:

21. Kristjan veru m’għandux iċedi għax ․․․․․․․․ u jipparteċipa fi drawwiet li ma jogħġbux lil ․․․․․․․․. (Prov. 29:25; Mt. 10:28) [w-MT98 7/15 pġ. 20 par. 5]

22. Meta kien qed jagħti xiehda quddiem is-​Sultan Agrippa, Pawlu uża ․․․․․․․․, billi enfasizza punti li kemm hu u kemm Agrippa ․․․․․․․․. (Atti 26:​2, 3, 26, 27) [w-MT98 9/1 pġ. 31 par. 3]

23. Minħabba li Alla hu ․․․․․․․․, xi wħud għandhom mnejn iħossu li m’għandux personalità, imma permezz taʼ ․․․․․․․․ taʼ sikwit u fil-​fond, wieħed se jkun jistaʼ “jara lil Alla li ma jidhirx.” (Lhud 11:27) [w-MT98 9/15 pġ. 21 pari. 3-4]

24. Kif inhu muri fil-​każ tal-​ġeneral Sirjan ․․․․․․․․, xi drabi minn sempliċement ftit ․․․․․․․․ nakkwistaw benefiċċji kbar. [Qari mill-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT99 2/1 pġ. 3 par. 6–pġ. 4 par. 1.]

25. Sewwa sew bħalma qalb Ġeħonadab kienet mas-​Sultan Ġeħu, il-​․․․․․․․․ llum jagħrfu u jikkooperaw b’qalbhom kollha maʼ Ġeħu Akbar, ․․․․․․․․, rappreżentat fuq l-​art mill-​․․․․․․․․. (2 Slat. 10:​15, 16) [Qari mill-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT98 1/1 pġ. 23 pari. 5-6.]

Agħżel it-​tweġiba korretta f’kull waħda mill-​istqarrijiet li ġejjin:

26. Kien (Satana; Jehovah; Ġoab) li qanqal lil David biex jidneb billi ‘jgħodd lil Iżrael.’ (2 Sam. 24:​1, NW) [Qari mill-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT92 10/15 pġ. 5 par. 2.]

27. Fi qbil maʼ l-​1 Slaten 8:1 u Koħèlet 1:​1, Salamun ġemaʼ lin-​nies biex (jibnu t-​tempju; isegwu l-​għedewwa taʼ Iżrael; iqimu lil Jehovah). [Qari mill-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara si pġ. 112 par. 3.]

28. Il-​perijodu taʼ 20 sena li matulhom Salamun bena t-​tempju u d-​dar tiegħu f’Ġerusalemm huwa mqabbel maʼ perijodu t’aġġustament duttrinali u organizzazzjonali li beda fl-​(1919; 1923; 1931) u li spiċċa fl-​(1938; 1942; 1950). (1 Slat. 9:10) [Qari mill-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT92 6/1 pġ. 15 kaxxa.]

29. It-​terminu “sema” kif użat fit-​2 Slaten 2:11 jirreferi għall-​(post t’għamara spiritwali t’Alla; univers fiżiku; atmosfera taʼ l-​art, fejn itiru l-​għasafar u jonfoħ ir-​riħ). [Qari mill-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT97 10/1 pġ. 15 kaxxa.]

30. (Erodi l-​Kbir; Ċesari Awgustu; Ċesari Tiberju) kien dak il-​wieħed li ordna ċ-​ċensiment li rriżulta biex Ġesù jitwieled f’Betlehem minflok f’Nazaret. [w-MT98 12/15 pġ. 7 kaxxa]

Qabbel l-​iskritturi li ġejjin maʼ l-​istqarrijiet miktubin taħt:

Salm 15:4; 2 Sam. 12:28; 15:​18-22; 2 Slat. 3:11; Kol. 3:13

31. L-istat taʼ kap fl-​arranġament teokratiku taʼ Jehovah jrid jiġi rispettat. [si pġ. 63 par. 30]

32. Trid tinżamm il-​lealtà lejn l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah u r-​rappreżentanti tagħha. [si pġ. 63 par. 30]

33. L-​apprezzament għall-​ħniena taʼ Jehovah jistaʼ jqanqal lil dak li jkun biex juri r-​rażna u jgħatti n-​nuqqasijiet. [w-MT98 11/1 pġ. 6 par. 4]

34. Huwa privileġġ li nuru l-​ospitalità u li bl-​umiltà ngħinu lill-​qaddejja leali taʼ Jehovah fis-​servizz speċjali. [Qari mill-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w97 11/1 pġ. 31 par. 1.]

35. Persuna li għandha l-​biżaʼ t’Alla tagħmel l-​aħjar tagħha biex iżżomm kelmitha li tħallas id-​djun tagħha, anki jekk ċirkustanzi mhux favorevoli jagħmluha iktar diffiċli milli stenniet. [w-MT98 11/15 pġ. 27 par. 1]

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja