Għandkom xi Yearbooks Neqsin mil-Librerija Tagħkom?
Kull Yearbook of Jehovah’s Witnesses huwa teżor mill-isbaħ li joffri qari pjaċevoli. Ir-rapporti inkuraġġanti li fih dwar ix-xogħol taʼ l-ippridkar tas-Saltna li jiġu minn madwar id-dinja kollha jsaħħulna l-fiduċja tagħna fil-gwida, il-protezzjoni, u l-barka taʼ Jehovah. Għandna provvista tal-ħarġiet bl-Ingliż tal-Yearbook taʼ l-1995 sas-sena 1998. Fihom l-istorja eċċitanti tax-xogħol tas-Saltna fil-Benin, il-Brażil, Ċipru, id-Danimarka, il-Ġappun, il-Greċja, Gwadelupe, il-Martinik, il-Messiku, il-Mikronesja, il-Możambik, il-Paragwaj, l-Ungerija, u l-Venezwela. Għax ma tiċċekkjax biex tara jekk hemmx xi ħarġiet tal-Yearbook minn dawn li huma neqsin mil-librerija persunali tiegħek? L-indokratur taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għandu bl-istess mod jiċċekkja l-librerija tas-Sala tas-Saltna. Il-pubblikaturi kollha jew il-kongregazzjonijiet li jixtiequ dawn il-Yearbooks issa jistgħu jagħmlu rikjesta għalihom mingħand il-ħu inkarigat mil-letteratura fil-kongregazzjoni.