LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/02 p. 1
  • Żomm is-Saltna l-Ewwel

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żomm is-Saltna l-Ewwel
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Materjal Simili
  • ‘Ibqgħu Fittxu l-Ewwel is-Saltna’
    Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
  • Ibqaʼ ‘Fittex l-Ewwel is-Saltna’
    Qim lill-Uniku Alla Veru
  • Il-qaddejja ministerjali jagħtu servizz siewi
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Qiegħed Ikun t’Ostaklu għall-Ippridkar?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 1/02 p. 1

Żomm is-​Saltna l-​Ewwel

1 Li npoġġu s-​Saltna t’Alla l-​ewwel f’ħajjitna u nżommuha fl-​ewwel post m’huwiex faċli meta nkunu qed niffaċċjaw pressjonijiet ekonomiċi jew problemi oħrajn. Kif nistgħu nżommu s-​Saltna l-​ewwel meta jinqalgħu d-​diffikultajiet? Xi ngħidu jekk xi ħadd joffrilna xogħol li minħabba fih ikollna nitilfu xi laqgħat jew li jkun t’ostaklu għas-​servizz taʼ l-​għalqa? F’dak il-​każ, għandha s-​Saltna tieħu t-​tieni post f’ħajjitna?

2 Fidi Soda Hija Neċessarja: Meta l-​fidi tagħna tkun imġarrba b’ċirkustanzi bħal dawn, m’għandniex ninsew il-​wegħda taʼ Jehovah u l-​assiguranza li tana Ġesù li jekk aħna nfittxu s-​Saltna l-​ewwel se jkollna l-​appoġġ divin. (Salm 37:25; Mt. 6:​31-34) L-​influwenzi u l-​pressjonijiet tad-​dinja jistgħu jċajprulna l-​vista tagħna u ma jħalluniex inżommu s-​Saltna fuq quddiemnett. Xi wħud ħallew il-​prospetti taʼ li jkollhom pożizzjoni iktar għolja f’xogħolhom jew dħul finanzjarju aħjar isiru l-​affarijiet prinċipali f’ħajjithom. Madankollu, bħal Pawlu, għandna bżonn naħsbu sew u fil-​fond dwar x’inhu verament taʼ valur fil-​ħajja.—Flp. 3:​7, 8.

3 Hemm Bżonn Xi Bidliet?: Waħda pubblikatriċi qalet: “Kont moħħni biss fin-​negozju tiegħi—kien l-​iktar ħaġa li kont ngħożż. Ħassejt li xorta stajt inkun waħda mix-​Xhieda billi fl-​istess waqt niddedika l-​biċċa l-​kbira mill-​ħin tiegħi fl-​affarijiet tan-​negozju.” Iżda ripetutament kienet tħoss il-​kuxjenza tniggiżha għax setgħet tagħmel iktar biex taqdi lil Jehovah. Maż-​żmien, telqet in-​negozju li kien qed ikun t’ostaklu għall-​progress spiritwali tagħha. Meta ddedikat ruħha kompletament għax-​xogħol tas-​Saltna, hi setgħet tgħid: “Issa nħoss li ħajti hija taʼ suċċess f’għajnejn Jehovah, u fuq kollox dan hu li jiswa verament.”

4 B’mod taʼ min ifaħħru, ħafna ħallew warajhom karrieri sekulari u prospetti taʼ li jaqilgħu iktar finanzjarjament, issimplifikaw ħajjithom, u daħlu fis-​servizz full-time. Żgħażagħ mhux miżżewġin li jaqdu bħala qaddejja ministerjali u anzjani u li attendew l-​Iskola tat-​Taħriġ Ministerjali, għamlu dan u qed igawdu privileġġi sbieħ taʼ servizz. Huma jimitaw l-​eżempju mill-​aqwa taʼ Pawlu, u jinsabu kuntenti ġenwinament bi bżonnijiet materjali bażiċi.—1 Kor. 11:1; 1 Tim. 6:​6-8; Lhud 13:5.

5 Filwaqt li d-​dinja tistaʼ twaqqaʼ għaċ-​ċajt il-​mod kif aħna nħarsu lejn il-​ħajja, aħna għandna l-​barka taʼ Jehovah. (1 Kor. 1:​26-31) M’huwiex inkuraġġanti l-​fatt li nafu li Jehovah se jużana bl-​iktar mod sħiħ possibbli u se jgħinna nwettqu x-​xogħol tiegħu? L-​opportunità li għandna bħalissa biex nipproklamaw is-​Saltna stabbilità t’Alla qatt ma se terġaʼ tiġi. Mela issa huwa ż-​żmien li nżommu s-​Saltna l-​ewwel f’ħajjitna.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja