Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Frar: Kwalunkwe ktieb li ilu li ħareġ li l-kongregazzjoni jistaʼ jkollha maħżun. Marzu: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Se jsir sforz speċjali biex jinbdew studji tal-Bibbja fid-djar. April u Mejju: Ir-rivisti t-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Offri l-browxer X’Jirrikjedi, bil-mira li tibda studji tal-Bibbja fid-djar.
◼ L-indokratur li jippresiedi jew xi ħadd maħtur minnu għandu jawditja l-kontijiet tal-kongregazzjoni fl-1 taʼ Marzu jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-data. Meta dan ikun sar, agħmel avviż lill-kongregazzjoni wara li jkun inqara r-rapport tal-kontijiet li jmiss.
◼ Is-segretarju u l-indokratur tas-servizz għandhom jirrivedu l-attività tal-pijunieri regulari kollha. Jekk xi ħadd minnhom qed isib diffikultà biex jilħaq il-ħtieġa tas-sigħat, l-anzjani għandhom jiftiehmu biex jagħtuh l-għajnuna. Għal suġġerimenti, irrevedu l-ittri annwali tas-Soċjetà S-201. Araw ukoll paragrafi 12-20 taʼ l-insert taʼ l-Our Kingdom Ministry t’Awissu 1986.
◼ Oqogħdu attenti mill-iskemi taʼ frodi li qed iduru fuq l-Internet u bil-posta biex jitolbu l-flus għal ħutna billi taparsi tkun qed tingħata għajnuna lill-vittmi tad-diżastri li seħħew dan l-aħħar. Kulmeta minħabba ċ-ċirkustanzi jkun hemm bżonn li jiġi fformat kumitat biex jipprovdi l-għajnuna materjali għax-Xhieda taʼ Jehovah, aħwa responsabbli se jiġu informati. Donazzjonijiet għal bżonnijiet bħal dawn għandhom jintbagħtu lil IBSA Malta, IBSA House, Triq il-Waqqafa, il-Mosta, MST 12.
◼ It-taħdita pubblika speċjali għall-istaġun tal-Mafkar 2002 se tingħata nhar il-Ħadd, 14 t’April. Is-suġġett tat-taħdita se jkun “Żommu Quddiem Għajnejkom il-Jum li Jqanqal il-Biżaʼ!” Se jiġi provdut outline. Dawk il-kongregazzjonijiet li se jkollhom iż-żjara taʼ l-indokratur tas-circuit, jew xi assemblea f’dak it-tmiem il-ġimgħa se jkollhom it-taħdita speċjali l-ġimgħa taʼ wara. L-ebda kongregazzjoni m’għandu jkollha t-taħdita speċjali qabel l-14 t’April, 2002.