Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Marzu: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Se jsir sforz speċjali biex jinbdew studji tal-Bibbja fid-djar. April u Mejju: Ir-rivisti t-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Offri l-browxer X’Jirrikjedi, u agħmel sforz speċjali biex tibda studji tal-Bibbja. Ġunju: Alla X’Jirrikjedi Minna? jew Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Jekk l-inkwilini jkollhom dawn il-pubblikazzjonijiet, offri browxer addattat li l-kongregazzjoni għandha maħżun.
◼ Pubblikaturi li jixtiequ jaqdu bħala pijunieri awżiljarji f’April għandhom jagħmlu l-pjanijiet tagħhom issa u jitfgħu l-applikazzjoni tagħhom kmieni. Dan se jgħin lill-anzjani biex jagħmlu l-arranġamenti tas-servizz taʼ l-għalqa li huma meħtieġa u jaraw li jkollhom biżżejjed rivisti u letteratura oħra disponibbli. L-ismijiet taʼ dawk kollha li jiġu approvati bħala pijunieri awżiljarji għandhom jitħabbru fil-kongregazzjoni kull xahar.
◼ Il-Mafkar se jinżamm il-Ħamis, 28 taʼ Marzu, 2002. Jekk il-kongregazzjoni tagħkom normalment ikollha l-laqgħat nhar taʼ Ħamis, dawn għandhom jinżammu f’ġurnata oħra tal-ġimgħa jekk is-Sala tas-Saltna tkun disponibbli. Jekk dan ma jkunx possibbli u jeffettwa l-Laqgħa tas-Servizz, il-partijiet li huma applikabbli partikolarment għall-kongregazzjoni tagħkom jistgħu jiġu inkorporati f’Laqgħa tas-Servizz oħra.
◼ La l-uffiċċju taʼ l-IBSA f’Malta u lanqas l-uffiċċju tal-fergħa fil-Britannja ma jaqdu r-rikjesti taʼ pubblikaturi individwali għal-letteratura. L-indokratur li jippresiedi jrid jiftiehem biex isir avviż kull xahar qabel ma tintbagħat lis-Soċjetà r-rikjesta taʼ kull xahar tal-kongregazzjoni għal-letteratura, sabiex dawk kollha li huma interessati f’li jiksbu xi letteratura persunali jkunu jistgħu jinformaw lill-ħu inkarigat mil-letteratura. Jekk jogħġobkom żommu f’moħħkom liema pubblikazzjonijiet huma letteratura li tinkiseb b’rikjesta speċjali.