LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/02 p. 7
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Materjal Simili
  • Eżempju t’ittra
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2019
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Kif Tikkomunika bl-Ittri
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Barkiet Meta Nuru Apprezzament għall-Imħabba taʼ Jehovah—It-Tieni Parti
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 5/02 p. 7

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ Għala hemm bżonn li toqgħod attent meta tagħti xiehda bl-​ittri?

L-​għoti taʼ xiehda bl-​ittri hu metodu kif taqsam l-​aħbar tajba li matul iż-​żmien wera li hu effettiv. Madankollu, ġrajjiet li seħħew dan l-​aħħar madwar id-​dinja, ġagħlu lin-​nies joqogħdu iktar attenti meta jiġu biex jiftħu xi posta li ma tidhirx familjari. Meta jirċievu xi envelop li ma jkunux jafu mingħand min hu jew li m’għandux indirizz fejn jistgħu jiktbu lura taʼ spiss jibdew iħarsu lejh b’suspett, speċjalment jekk ikun miktub bl-​idejn jew jidher goff. Xi inkwilini jistgħu jarmu posta bħal din mingħajr lanqas biss jiftħuha. Kif nistgħu nevitaw li jiġri dan?

Jekk inhu possibbli, kemm l-​ittra u kemm l-​envelop għandhom ikunu ttajpjati. L-​envelop għandu jkun indirizzat lill-​inkwilin b’ismu. Tindirizzahx lill-​“Okkupant.” Barra minn hekk, dejjem ħalli indirizz fejn jistgħu jiktbu lura. Jekk ma jkunx xieraq li tagħti l-​indirizz persunali tiegħek, ikteb ismek u l-​indirizz tas-​Sala tas-​Saltna. Tibgħatx ittri anonimi. Qatt tuża l-​indirizz taʼ l-​uffiċċju tal-​fergħa.—Ara l-​Kaxxa għall-​Mistoqsija f’Il-Ministeru tas-​Saltna taʼ Novembru 1996. Dawn id-​direzzjonijiet se jgħinuna nużaw l-​ittri b’mod effettiv biex nilħqu lil oħrajn bl-​aħbar tajba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja