Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Settembru: Magħqudin Fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru. Ottubru: Ir-rivisti t-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Fejn jintwera l-interess, offri l-browxer X’Jirrikjedi, billi tagħmel sforz speċjali biex tibda studji tal-Bibbja. Novembru: Alla X’Jirrikjedi Minna? jew Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Jekk in-nies diġà għandhom minnhom, tistaʼ tiġi offruta xi pubblikazzjoni li ħarġet qabel. Diċembru: L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex. Biex tbiddel tistaʼ tuża bħala offerta Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja jew Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq l-Art.
◼ L-anzjani huma mfakkrin biex isegwu l-istruzzjonijiet mogħtijin f’paġni 13-15 tat-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Lulju, 1991, rigward xi wħud maqtugħin mis-sħubija jew diżassoċjati li forsi għandhom ix-xewqa li jiġu aċċettati lura.
◼ La l-uffiċċju taʼ l-IBSA f’Malta u lanqas l-uffiċċju tal-fergħa fil-Britannja ma jaqdu r-rikjesti taʼ pubblikaturi individwali għal-letteratura. L-indokratur li jippresiedi jrid jiftiehem biex isir avviż kull xahar qabel ma tintbagħat lill-fergħa r-rikjesta taʼ kull xahar tal-kongregazzjoni għal-letteratura, sabiex dawk kollha li huma interessati f’li jiksbu xi letteratura persunali jkunu jistgħu jinformaw lill-ħu inkarigat mil-letteratura. Jekk jogħġobkom żommu f’moħħkom liema pubblikazzjonijiet huma letteratura li tinkiseb b’rikjesta speċjali.
◼ B’seħħ mill-ħarġa taʼ l-1 taʼ Settembru, 2002 It-Torri taʼ l-Għassa bil-Kreol tal-Ħaiti se jkun disponibbli darba fix-xahar.
◼ B’seħħ mill-ħarġa taʼ l-1 taʼ Settembru, 2002 It-Torri taʼ l-Għassa fuq vidjo kasetts bil-Lingwa bis-Sinjali Amerikana se jkun disponibbli darba fix-xahar.
◼ B’seħħ mill-ħarġa tat-8 taʼ Settembru, Stenbaħ! se jkun disponibbli fuq awdjo kasett bil-Korean bħala edizzjoni taʼ darbtejn fix-xahar.
◼ It-taħdita pubblika speċjali għall-istaġun tal-Mafkar 2003 se tingħata nhar il-Ħadd, 27 t’April. Is-suġġett tat-taħdita se jitħabbar iktar ’il quddiem. Dawk il-kongregazzjonijiet li se jkollhom iż-żjara taʼ l-indokratur tas-circuit, jew xi assemblea f’dak it-tmiem tal-ġimgħa se jkollhom it-taħdita speċjali l-ġimgħa taʼ wara. L-ebda kongregazzjoni m’għandu jkollha t-taħdita speċjali qabel is-27 t’April, 2003.